Nirringrazzja lill-eks-Ministru Nazzjonalista John Dalli li aċċetta li jiffirma n-nomina tiegħi għall-elezzjonijiet Ewropej

Għada filgħodu, ser inkun qed nitfa’ n-nomina tiegħi għall-elezzjonijiet Ewropej. Ġej avviċinat minn ħafna persuni biex noħroġ. Ħiereġ għall-pajjiżi u biex iċ-ċittadini Maltin ikollhom leħen fl-Ewropa.

Nieħu l-opportunita’ ta’ dan il-post biex nirringrazzja l-eks-Ministru Nazzjonalista, John Dalli, li aċċetta jkun wieħed mill-firmatarji għan-nomina tiegħi bħala kandidat għall-elezzjonijiet Ewropej.

Miegħi ser ikun hemm numru ta’ deputati Indipendenti oħra li ser inkunu ta’ spalla għal xulxin fosthom Alexander D’Agata u anki Radu Gheorghi.

Għada, aħna t-tlieta ser inkunu qed nissottomettu l-applikazzjoni tagħna. Jekk hemm xi kandidati oħra għall-Ewropa li jixtiequ jkun f’dan il-pool ta’ support għal xulxin, nieħdu gost li huma jkunu magħna u aħna nkunu magħhom.

Fl-għaqda hemm ir-rebħa.

John Dalli jaċċetta li jiffirma n-nomina tiegħi għall-elezzjonijiet Ewropej.

11 thoughts on “Nirringrazzja lill-eks-Ministru Nazzjonalista John Dalli li aċċetta li jiffirma n-nomina tiegħi għall-elezzjonijiet Ewropej

  1. Your efforts have already made a significant impact by inspiring hope and driving conversations about our future. Simon, Radu and Alexander, your commitment to standing up for the values and concerns of our nation reflects a deep sense of responsibility and courage.

  2. Malta mhix gzira imma principju. Li tkun patrijott ifisser li tkun lejali lejn dan il-principju. Alla maghkom!

  3. …u kull vot ikun kemm ikun,huwa risposta lill hekk imsejha “progressisti”, li issa qallawna u xebbawna
    sal -ponta t”imneherna,kif ukoll ghall dawk l-abortisti nazzjonalisti.Wara kollox ghandna nies mhux eletti
    fil-parlament , li gew approvati biex jghaddu ligijiet fuq l-bqija tal-poplu,hekk imsejjah “sovran”,irid joqghod ghalijom!

  4. Din hija l-aqwa aħbar li tista’ tagħtina. Int ilek taħdem ħafna, jum wara l-ieħor, tikxef il-gideb imwassal fuqna mill-woke li ħlief jumiljawna ma jaghmlux. Ninsab eċċitata dwar il-prospett li nivvota lil hinn miz-zewg partiti l-kbar ghax it-tnejn saru antikalja. Ghal bzonnijiet t’uliedna u l-familji taghna.

  5. Jien iehor, exLaburist. Bhala exLaburist, jien qatt ma nista nasal biex nivvota PN. Qatt u qatt. Imma lilkom nivvotalkom ghax inthom nies tal-affari taghkom u flokk ma titrattawna ta’ Gahan stupidu, tittrattawna bhala votanti li ghandna mohh biex nahsbu. Fil-blog tieghek, m’hemmx kantunieri u ghandkom rispett ghal-familja. Nammirakhom.

  6. Jien Mintoffjan laburist gej mil familja ta suldati tal azzar tal hamsinijiet u spiccajt mormi min dan il movument tal opportunisti . Addio kemm tkun tajt ghal partit Laburista u lil pajjiz. Ghadni bil hsieb tan NO VOTE ghaliex PN QATT.
    Se nirrifletti fuq il kanditatura tieghek . Awguri sinciera Simon.

Leave a Reply

Discover more from Rightwing Voices

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading