IL-FESTINA: Attivita’ għal Kulħadd Illum fil-Pjazza tal-Mosta mis-6 pm ‘il quddiem: Titilfuhiex

Illum il-Ġimgħa 31 ta’ Lulju, hemm attivita’ ta’ divertiment għall-familja kollha fil-Pjazza tal-Mosta bejn is-6:00pm u d-9:00pm.
Se jkun hemm mużika, logħob, attivitajiet għat-tfal, ikel u ħafna aktar, f’atmosfera sabiħa ta’ festa!
Il-ġenituri li jirregistraw lill-uliedom ghal din l-attivita’ sejrin jirċievu Festa Starter Pack. Biex tagħmlu dan, il-genituri huma mitluba li jibagħtu messaġġ fuq 79909181. Ir-riżervazzjonijiet huma b’postijiet limitati fuq bażi ta’ first come first served.
Titilfux din l-attività speċjali għall-familja kollha organizzata mis-Soċjetá Filarmonika Nicoló Isouard!

