Tar-Repubblika marru quddiem il-Hilton: l-anqas rispett lejn il-ħaddiema ma għandhom

Tar-Repubbulika marru biż-żewġ jeeps barra l-Hilton. L-anqas rispett lejn il-ħaddiema li jaħdmu hemm ma għandhom. Kif kienu hemm, ġew affrontati minn persuna li qaltilhom biex iġibu rispett lejn omm Yorgen Fenech li toqgħod hemm.

Robert Aquilina rrispondiha u qallha li kollox beda l-Hilton. Din hija gidba oħra ta’ Repubblika u Robert Aquilina missu jaf sew. Għaliex skont dak li ntqal u jekk niftakar sew din ħarġet fil-media, kollox beda ġewwa bar is-Siġġiewi. Jekk din hix minnha jew le ma nafx. Biss bħala persuna li joqgħod is-Siggiewi, suppost dan id-dettal Robert Aquilina jafu sew.

Mela fl-interess ta’ min Repubblika trid tgħawweġ il-fatti biex taħbi kif verament beda l-komplott kontra Daphne Caruana Galizia? Jaqaw f’dan il-bar partikolari kienu jpoġġu xi erba’ businessmen b’daharhom wiesa’? Għall-inqas b’din l-istqarrija ta’ Robert Aquilina, illum nafu li Yorgen Fenech ma kienx qed ipoġġi f’dan il-bar għax kieku ġa ħarġu jgħidu li kollox beda fil-pjazza tas-Siggiewi.

Mela dak li trid ir-Repubblika hu biss li tagħmel ħsara lil Hilton u lill-ħaddiema li jaħdmu fiha ħalli dawn jitilfu ħobżhom. F’interess ta’ min u għal min Repubblika trid tagħmel ħsara lil Hilton?

Min-naħa tiegħi nuri solidarjeta’ mal-ħaddiema tal-Hilton.

One thought on “Tar-Repubblika marru quddiem il-Hilton: l-anqas rispett lejn il-ħaddiema ma għandhom

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *