Franco Debono jikkonferma li kien hemm inkwiet kbir fil-familja Caruana Galizia qabel ma Daphne nqatlet.

Wara li safa attakk minn Manuel Delia, Franco Debono juża l-facebook biex iwieġbu. Fit-tweġiba tiegħu jikkonferma dak li żvela dan is-sit jiġiferi li Daphne kellha nkwiet kbir internet fil-familja qabel ma nqatlet. Fakkar wkoll li Daphne kellha problemi kbar ma’ tat-taxxa imma waqt li ħaddieħor jispiċċa l-ħabs, lilha qatt ma ma għamluha xejn.

Fuq kollox, Franco Debono qal mhux sewwa li l-inkjesta pubblika li setgħet intemmet f’siegħa ħadet dak iż-żmien kollu. Is-sabiħa hi li din l-inkjesta, li ġiet tiswa eluf ta’ ewros lill-poplu Malti, kienet imexxija minn imħallfin, inkluż eks-Prim Imħallef, kollha magħżulin mill-familja Caruana Galizia, jiġifieri minn fost dawk li skont l-Europol wieħed minnhom hu ssuspettat b’dan id-delitti! Dan jikkonferma l-fatt il-ħaqq mhux jaħdem f’Malta.

Dan hu dak li kiteb Franco Debono:

Illum Manuel Delia kiteb bicca hate speech fil-konfront tieghi fejn qabez kull limitu ta’ dicenza. Nirriserva naghmel rapport lil Pulizija dwar insulti u hate speech.

Ghaxar snin ilu Manwel Delia ghamel minn kollox biex jiehu s-siggu tieghi fil-Hames Distrett. Imma baqa’ b’xejn. Ghalih jien nirrapprezenta dak kollu li jixtieq ikun u li mhux.

Waqt li jien mil-Parlament fassalt riforma tal-gustizzja huwa holoq l-mostru tal-Arriva, gab pajjiz gharkubbtejh u tellef l-elezzjoni lil PN, u lanqas ingabar fl-elezzjoni. Wara z-Zimbabwe rega tfacca u baqa jkisser lil PN.

Peress li l-Arriva mhux membru tal-PN se ninjorah. Pero’ la semma’ lil Daphne se nwiegbu. Jien kont deputat, hu prova u ma rnexxielux. Illum jien membru tal-PN u hu barra.

Jien lil Daphne (l-Bambin jaghtiha l-glorja tal-genna) qatt ma nsemmiha pero la zeffinha fin-nofs se nwiegbu. Hu zeffinha mhux jien.

Mitt elf ewro taxxa mhux mhallsa illum hemm min tressaq b’money laundering, u dik l-vera impunity. Mitt elf taxxa mhux mhallsa jaghmluk potenzjalment money launderer.

Ukoll ma kienx sew li Daphne kienet tipprogetta l-inkwiet familjari taghha, li dwaru llum nafu hafna iktar minn qabel, fuq l-bqija tan-nazzjon.

L-inkjesta pubblika ma kelliex iddum iktar minn siegha – din mhux talli ma ridetx fixed point talli kienet tara kif se taghmel biex tisfratta fixed points ta’ nies ohra. Jekk ma riditx fixed point tort tal-istat!?

Nfakkar li kieku llum din kien ikolla kazi ta hate speech l-qorti kuljum. Imma dak z-zmien f’renju ta’ terrur ikrah hafna kienu jibzghu jirrapurtaw.

Fatt – minn meta Daphne ghamlet l-Blog l-PN qatt ma rebah elezzjoni.

Manwel Delia jien qatt ma bzajt u mhux se nibda issa

L-Bambin jaghtiha l-mistrieh ta’ dejjem

One thought on “Franco Debono jikkonferma li kien hemm inkwiet kbir fil-familja Caruana Galizia qabel ma Daphne nqatlet.

  1. Donnu li min xtaq l-eliminazzjoni tas-Sahhara s’issa rnexxielu jitfa’ l-htija fuq haddiehor. Mezzi jigifieri flus ghandu xi jxerred. L-ghazla tal- investigaturi u gudikant f’idejh. Il-mobile phone suppost issigillat il-Qorti miftuh berah . Imma l-laptop kif jghid il-Malti Alla m’ghamlu. Tghid fuq French sar frame up?

Leave a Reply

Discover more from Rightwing Voices

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading