Għaliex Jason Azzopardi qed jibża’ jsemmi lil Silvio Schembri b’ismu?

Jason Azzopardi tella’ post dwar ministru tal-gvern li qed jivvjaġġa b’yacht. Hu ma tax ismu. Imma min hu involut fil-politika, kulħadd jaf li huwa qed jalludi għall-Ministru Silvio Schembri. Fil-post tiegħu Azzopardi qal dan li ġej:

Min-naħa tiegħi, nixtieq infakkar lil Azzopardi f’dan il-post li kont tellajt jien fejn staqsejt jekk hux veru li hemm ministru tal-Gvern li qed ikun aktar fuq yacht milli fil-ministeru. Meta ppubblikajt dan il-post, Azzopardi kien fil-politika u kien għadu fil-parlament. Imma għal xi raġuni jew oħra, dak iż-żmien, Azzopardi ħalla dan il-fatt għaddej. Issa li ma għadux fil-parlament qed jitkellem. Min jaf għaliex?

Għal darba oħra, qed ikompli joħroġ li dan is-sit jgħid il-verita’. Biss meta kont qed nikteb dawn l-artikli, inkluż fuq dan il-ministru li kien għamel xi xahar jdur fuq yacht, tar-Repubblika kienu qed jattakkawni. Huma qatt ma tkellmu fuq dan il-fatt. Naħseb issa ġara xi ħaġa biex Jason Azzopardi, li hu qrib ħafna tagħhom, fetaħ il-kanuni fuq dan l-istess ministru meta dan ilu jivvjaġġa fuq yacht minn ħafna qabel l-elezzjoni li għaddiet.

Dak li nista’ nżid hu u din Azzopardi ma staqsihiex, li l-Prim MInistru għandu yacht u jkun ta’ spiss Ragusa. Wieħed jistaqsi jekk il-Prim Ministru jafx b’dawn il-fatti u jekk qattx iltaqa’ ma’ dan il-ministru fuq xi yacht ġewwa Ragusa.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *