Veru li hemm ministru tal-gvern li jkun aktar fuq il-yacht milli l-ministeru?
Verament il-mainstream media tagħżel lil min tattakka. Ara ministru partikolari ta’ dan il-gvern (u hawn mhux qed ngħid għall-Prim Ministru) li qed ikun aktar fuq il-yacht milli l-ministeru ma tgħid xejn. L-għajdut hu li dan bi ħsiebu jagħmel kważi xahar fuq il-yacht idur il-kosta Amalfitana. Saħansitra qed jgħidu li dan il-yacht hu tiegħu. Jekk hu veru li għandu yacht ma nafx. Biss ma nafx kif irnexxilu jixtri yacht dan il-ministru partikolari meta hu ma għandux professjoni. Żgur li l-paga ta’ ministru ma tippermettihx. Dak li naf li l-media tagħżel kif tispara bħal ma l-Oppożizzjoni tagħżel il-figuri politiċi li tattakka.
U ghaliex le il Labour ghandu magoranza assoluta u jistu jiehduha in turne xahar kull wiehed.