Tkompli l-qasma fil-Lejber: din id-darba dwar Alicia Bugeja Said u l-pożizzjoni tagħha fuq il-kaċċa
Bħalissa għaddejja kampanja fil-kamp Laburista kontra Eve Borg Bonello. Din il-kampanja qed issir għal-tliet raġunijiet. L-ewwel għaliex hija l-iċken deputat u allura l-aktar vulnerabbli. It-tieni, minħabba li l-Lejber ried lil Emma Portelli Bonnici fil-Parlament u dwar dan għandu alleanzi fil-PN. Dwar dan ktibt fit-tul. Eve Borg Bonello telgħet minn flokha bil-kwota tan-nisa. It-tielet, biex tkun iddevjata l-attenzjoni minn fuq Alicia Bugeja Said wara li spiċċat f’kontrovesja kbira li qasmet lill-istess partit Laburista minħabba l-pożizzjoni tagħha favur il-kaċċa meta għandha l-ħarsien tal-annimali. Qed inġib post li tella’ Andrew Azzopardi kontra Alicia Bugeja Said.

Bugeja Said favur Id delizzji
Xhemm hazin
X’ghandu x’jaqsam Andrew Azzopardi mal-PL.
Unbelievable l-ispinjaturi li kapaci jaghti dan il-blogger.
Mhux ghax zighra imma mhux kapaci hlief biex tiajar u taghmel IL U turns.
Jew tħares id-drittijiet tal-annimali jew favur il-qtil tal-għasafar. Ħaġa kontra oħra