Partitarju jitlaq mill-PN wara li Mario de Mario ma ngħatax shadow ministry
Partitarju ta’ Mario de Marco, Olvin Noel Galea ddeċida li jitlaq mill-PN. Galea tella’ post bl-Inġliż fuq Facebook Page wara li Mario de Marco ma ngħatax shadow ministry. Huwa qal li l-Partit Nazzjonalista sejjer lura. Dan hu l-post li Olvin Noel Galea kiteb:
“Jien tlift kull fiduċja fil-Partit Nazzjonalista, partit li jien ħabbejt għal ħafna snin. Fil-qiegħ ta’ qalbi, kont naħseb jew xtaqt li xi darba dan il-Partit kbir jerġa’ jkun qed jagħti servizz lill-pajjiżna. Illum nirrealiżża li kollox spiċċa. L-elezzjonijiet kollha li ġejjin, ħbieb tiegħi fil-Partit Nazzjonalista, tħabblux raskom li tħabbtu fuq il-bieb tad-dar tiegħi! Jien spiċċajt minn magħkom u tlift kull fiduċja li inthom, anki remotament, għandkom f’qalbkom il-ġid tal-pajjiż. Kburi li segwejt il-politika ta’ missier (Guido de Marco) u ibnu (Mario de Marco) li ħadmu qatiegħ għall-progress f’dan il-pajjiż u l-ġid komuni, mingħajr aġenda personali jew mibegħda. Nixtieq nibqa’ nara aktar dan il-moviment ta’ nies li għandhom il-ġid komuni f’qalbhom. Kif qal il-Prim Ministru tagħna għandna nkunu umli. Malta hija l-art tagħna u l-futur tagħna qabel kull ħaġa oħra.”
Min jaf lil Olvin Noel Galea jaf li dan il-partitarju ta ħajtu għall-Partit Nazzjonalista. Hu kien il-president tal-kumitat sezzjonali tal-Ħamrun. Huwa kien ġie mwarrab fi żmien meta Simon Busuttil kien imexxi lill-Partit Nazzjonalista u reġa’ beda jinvolvi ruħu wara li Adrian Delia sar mexxej tal-Partit Nazzjonalista. Issa wara li Mario de Marco tħalla barra mil-lista tax-shadow ministers, huwa ddeċida li “it’s over”.

Dr mario demarco and family and dr mifsud bonnici and family are political icons.extremly rare in every pissible way you can think of.true politicians and true gentleman .who love the party above all else.not only myself but many socialists have nothing but respect for both families in both districts.i worked both districts in the 80’s and later .and have expierienced both families first hand.both politicians dont need anything to do with politics but politics need them. Bernard grech cant see the wood for the trees.so do the rest of the group.repubblika. occupy justice newsbook.those priests joining. Blu heroes.simon busuttil kristina joining.feel so proud.you managed to destroy your own party due to the unbelivable hatred of J.M..
Sa fejn naf jien Olvin Noel Galea tkecca mill-partit fl-2015 ghax instab li kien membru ta’ xi mazunerija. Kif issa qed jghid li telaq mill-partit?