Where your opinion counts

Mario de Marco bla portafol: partitarja teħodha kontra Bernard Grech

Kif ħabbart il-Ħadd, il-bieraħ, Bernard Grech għajjat lid-deputati tiegħu d-Dar Ċentrali biex jagħtihom portafol – jiġifieri jappuntahom shadow ministers. Ġara li hemm tlieta li ma tahomx portafol. Dawn huma Mario de Marco, Chris Said u Carm Mifsud Bonnici. Ma naħsibx li nkun qed ngħid gidba jekk ngħid li Bernard Grech offrilhom portafol imma dawn ma aċċettawhx.

Ġa is-Sibt kien hemm diċerija fost id-deputati Nazzjonalisti li Bernard Grech kien ser jagħti portafoli b’saħħithom liż-żgħar u l-ġodda u kien ser iwarrab lill-qodma. Dawk li ma għandhomx portafol huma parti minn dawk li qed jissejħu l-qodma.

Mhux ser nitkellem dwar il-każ ta’ Chris Said jew Carm Mifsud Bonniċi. Imma nixtieq nieqaf fuq Mario de Marco. Naħseb ħafna jiftakru li kont ktibt artiklu fejn għidt li Mario de Marco ma ridx joħroġ għall-elezzjoni għax qed jiġi mwarrab. Kont għidt ukoll li intervjena Lawrence Gonzi. Mario de Marco kien pront pront kiteb post fejn għajjarni li qed ngħid il-ħrejjef u żeffen fin-nofs il-professjoni tiegħi ta’ professur tal-istorja fl-Universita’ ta’ Malta.

U vera li n-nemesis tal-istorja malajr leħqitu lil de Marco, għaliex issa għandna konferma li Bernard Grech u l-establishment ma jriduhx. Tant hu hekk li din l-istorja ma niżlet tajjeb xejn ma’ partitarja Nazzjonalista li tellgħet sensiela ta’ posts fuq Facebook tgħajjar lil Bernard Grech talli lil Mario de Marco ma tahx portafol. Is-sewwa hu li Mario de Marco ma ħax wieħed, għaliex ma ngħatax il-portafol li xtaq. Din il-partitarja ratha bħala azzjoni personali kontra Mario de Marco.

Hija kompliet tgħid lil Bernard Grech li ser tkompli tikteb kontrih minħabba dak li għamel lil Mario de Marco.

Waqt li qaltlu wkoll li hu, jiġifieri Bernard Grech, għandu jwarrab:

Għaliex jekk Bermard Grech ser jibqa’ hemm, anki din il-partitarja indunat, aktar nies validi ser jitilqgħu mill-Partit Nazzjonalista.

Mela issa anki l-partitarji ta’ Mario de Marco qed jindunaw li dak li għidt hu veru. Issa nħalli lill-qarrejja ta’ dan il-blog ħalli jaslu għall-konklużjonijiet tagħhom minn qed jikteb il-verita’ u min le.

One thought on “Mario de Marco bla portafol: partitarja teħodha kontra Bernard Grech

  1. Kemm ghandek ragun. Bernard qatt ma kellu poter f’idu u kif sab ftit poter beda jara lil min ta’ hajtu lill partit dubbien. J’Alla l-kunsilliera jifthu ghajnejhom u jivvutaw le fl-elezzjoni tal-Kap. Jekk jibqa hemm Bernard se jkompli jkisser il-partit

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *