Ta’ Repubblika jorganiżżaw protesta biex inessu li huma l-veru responsabbli għall-ikbar telfa li ġarrab il-Partit Nazzjonalista
Il-bieraħ kien hemm protesta mill-Grupp Repubblika u sħabhom. Din saret quddiem il-Parlament kontra l-gvern u biex tfakkar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Sa hawn nifhem il-leġittimita tagħha. Imma fil-verita’ Repubblika wżat l-għatja tagħha kontra l-korruzzjoni biex tgħatti l-fatt li hija u Manuel Delia u Occupy Justice kienu risponsabbli għall-ikbar telfa li ġarrab il-Partit Nazzjonalista fl-istorja riċenti tiegħu.
Fi kliem ieħor din il-protesta saret biex jgħidu li mhux sew li Manuel Delia, tar-Repubblika u Occupy Justice jiġu akkużati b’din it-telfa tal-Partit Nazzjonalista għaliex huma ma għandhomx x’jaqsmu. Qalulna li huma mhux parti mill-Partit Nazzjonalista u ma jindaħlux fl-affarijiet interni tal-Partit.
Kemm jinsew ċertu nies! Mela nsew li ta’ Repubblika, Occupy Justice kienu jużaw ir-riżorsi tal-Partit Nazzjonalista, inkluż siġġijiet għad-demostrazzjonijiet tagħhom? Insew kemm ħadmu biex iwaqqgħu lill-Kap Adrain Delia? Hemmhekk ma ndaħħlux fl-affarijiet interni tal-Partit Nazzjonalista? Insew kemm insistew biex jitla’ Bernard Grech? Insew x’qal lil Bernard Grech Manuel Delia li jekk ma jagħmilx dak li jgħidlu hu, jiġifieri Manuel Delia, tal-Occupy Justice u tar-Repubblika iwaqqgħuh? Nistaqsi dan mhux indħil intern fl-affarijiet tal-Partit Nazzjonalista?
Il-verita’ hija li l-protesta tal-bieraħ ġiet organiżżata biss biex tar-Repubblika, Occupy Justice u Manuel Delia jiskulpaw ruħhom minn din it-telfa. Ibqgħu żguri li kieku rebaħ il-Partit Nazzjonalista kienu joħorġu jgħidu li din kienet rebħa li seħħet grazzi għalihom u għall-ħidma tagħhom.
Verament l-ipokrezija ta’ ċerti nies ma tafx tmiem!

Kieku l-ex Gvern ta’ Gonzi – PN ghamel u uzu mil-mobile phones triangulation tracking technology fil-kazi tal-bombi FIZ-ZMIENU jaf dawk involuti fil-qtil ta DCG kienu jkunu il-habs u DCG ma kienetx tinqatel. GHALIEX GONZI-PN MA GHAMILX UZU.MONN DON IT(TEKNOLOGIJA.? KURJUZA DAQXEJN!