Għaliex politiċi fil-punent iridu joqgħodu aktar attenti kif jitkellmu fuq din il-gwerra fl-Ukraina: il-każ tal-Kanċillier Ġermanżi Scholz
Blog post minn Romegas
Kontu tafu li n-nannu tal-kanċillier Ġermaniż Olaf Scholz kien kap kmandant fl-SS? Li Fritz Von Scholz kien kmandant ta’ diversi diviżjonijiet tal-SS fosthom dak tar-reġiment Galicia fl-Ukranja fit-2 gwerra dinija?
Tassew li l-ulied m’għandhomx jinżammu responsabbli għall-ħtijiet tal-missirijiet – però meta għandek patrimonju bħal dan, tajjeb li toqgħod attent xi tgħid partikularment meta qed tindirizza r-Russi, li fl-aħħar gwerra kontra nannuh tilfu 29 miljun ruħ… Għalhekk ċertu propaganda tal-Punent ma tista’ taħdem sew mal-poplu Russu.
Stqarrija bħal ma kien għamel il-Kanċillier Olaf Scholz fi Frar li għadda, li mhux veru kien hemm ġenoċidju fir-reġjun ta’ Dombass fil-Lvant tal-Ukranja, ma ġabietx reazzjonijiet tajba fost ir-Russi.
Min-naħa l-oħra, jidher ċar li l-kanċillier Ġermaniżi llum qiegħed f’diffikultajiet kbar, kemm minħabba dan l-imgħoddi personali tiegħu u kemm minħabba li l-industrija fil-Ġermanja tiddependi mill-gass u materja prima Russa. Il-bieraħ, il-Guardian ġab l-aħbar li l-Kanċillier Ġermanżi qed ikaxxar saqajh, anżi qed jagħmel bsaten fir-roti biex jinbiegħu armamenti kbar lill-Ukraina.
Allaħares, xi ħadd fuq il-Lemin jew Konservattiv kellu dan it-tip ta’ patrimonju fil-familja, għaliex ħoll xagħarek u ġib iż-żejt.
Ħadt qata’ kif rajt dan ir-ritratt u għidt mela il-Profs qabżitlu. Imma ix-xebħ huwa impressjonanti, hux?