Il-prezzijiet qed jogħlew mal-Ewropa kollha minħabba l-gwerra fl-Ukraina: ftit statistika

Blog post minn Romegas

Grazzi għas-sanzjonijiet li mponiet l-Unjoni Ewropea u pajjiżi oħra fuq ir-Russia, il-pajjiżi qed jiftaqru u malajr. Skont Bloomberg, l-inflazzjoni fid-Danimarka għoliet għall-5.4%. Intant fir-Renju Unit, l-inflazzjoni qegħdha madwar 8%. Il-bieraħ din l-inflazzjoni kienet anki suġġett kontinwu fuq GB News. Huwa stmat li kull familja mistennija li jkollha tħallas 73% fuq il-kontijiet tagħha kkumparat mas-sena l-oħra. Il-livell tal-għixien mistenni jaqa’ għall-livelli prelevanti fil-ħamsinijiet tas-seklu l-ieħor. Fir-Repubblika Ċeka, il-fjuwil għola b’aktar minn 50%, l-elettriku b’aktar minn 25% u l-gass b’aktar minn 38%. L-inflazzjoni laħqet rata rekord ta’ 12.7%. Fil-Ġermanja, l-inflazzjoni qabżet is-7% u hija l-ogħla rata f’erbgħin sena u għadha tiela’. Fl-Islovenja, il-kontijiet telgħu b’aktar minn 300%

Ejja ma ninsewx li dawn il-prezzijiet huma primarjament dovuti għas-sanzjonijiet li imponew fuq ir-Russja l-mexxejja tal-UE u oħrajn tal-Punent, mingħajr il-kunsens tagħna, sanzjonijiet li kellhom iġibu r-Russja għarkubbtejha. Iżda araw naqra x’ġara’:

Fhimtuha l-istupidaġni monumentali? Li bis-sanzjonijiet li imponew u li ser jagħmlulkom ħajjitkom miżerja, kulma qed jagħmlu huwa li jgħollu l-prezzijiet tar-riżorsi li tesporta r-Russja u li qed jagħmluha aktar b’saħħitha? U jekk dak ma kienx biżżejjed, ir-rublu laħaq valur rekord kontra kemm id-dollaru kif ukoll l-ewro. Għalhekk kull m’għandna bżonn nixtru (u għandna bżonn) issa rridu nixtruh b’rata ta’ kambju anqas favorevoli u allura bi prezz ogħla. Le, tassew għandna l-ġenji jmexxuna!

Il-prezzijiet ta’ ċerti fertiliżżanti jkomplu jogħlew u żdiedu +300% f’ċertu setturi.

Fl-Afrika il-maġġoranza tal-bdiewa mhux ser ikunu kapaċi jaffordjaw jixtru kwalunkwa fertiliżżant din is-sena. Fil-fatt li hu previst li ser inaqqas il-produzzjoni ġewwa l-Afrika bl-ekwivalenti ta’ daqs li kieku titma’ 100 miljun ruħ anqas. Wieħed lanqas kapaċi jimmaġina x’ser ikun ifisser dan kollu f’termini ta’ imwiet u pressjoni migratorja. 

L-influenza avrarja mistennija taħsad ‘l fuq minn 13-il miljun tajra inkluż tiġieġ u dundjani fl-Istat ta’ Iowa mentri fiċ-Ċina, il-ministru tal-Agrikultura ħabbar li l-ħsad tal-qamħ xitwi mistenni jkun “l-agħar fl-istorja” waqt li l-ħsad fl-Amerika huwa meqjus bħala wieħed “diżastruż”.

Intant fl-Italja, il-poplu kuntent bl-għoli tal-ħajja niżel fil-pjazzez jirringrazzja lil Dragi:

M’għandix ħin biex nuri l-protesti li saru fi Franza, Spanja u l-Greċja u kif f’dan l-aħħar pajjiż ħaddiema fil-port ta’ Thessaloniki letteralment iġġieldu mal-pulizija biex iwaqqfu trasferiment t’armi min-NATO lejn l-Ukrajna. Imma jien m’inix il-media u l-ħin limitat. Hawn qiegħed biss nagħtikom togħma ta’ dak kollu li hemm hemm barra jekk tfittxuh.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *