L-edukazzjoni fiċ-ċentru tal-kampanja elettorali Franċiża

Blog post by Dr. Hermann Farrugia

Fis-sena 2020, l-organizzazzjoni dinija għall-kooperazzjoni tal-iżvilupp ekonomiku (OECD – Organisation for Economic Co-operation and Development) aggornat il-kriterji jew benchmarks tagħha għall-edukazzjoni. Dawn ġew ippubblikati fis-sena 2020 (Pubblikazzjoni Insights in Education). Dawn il-kriterji huma bbażati fuq is-siegħat ta’ kuntatt akkumulat u dirett fil-klassijiet primarji għal dawk li jissejħu t-tliet “core subjects” fundamentali u kruċjali li huma:

A) L-ilsien matern u mħallat mić-ćokon nett ma’ lingwa stranġiera waħda (partikolarment jekk tkun hija wkoll l-ilsien uffiċċjali)

B) Il-matematika u

C) L-istudji soċjali b’emfasi speċjali fuq aspetti ċivici u l-ġrajjiet storiċi nazzjonali.

U l-aħħar rakkomandazzjoni tal-OECD fejn għandhom x’jaqsmu s-siegħat totali ta’ preżenza obbligatorja fil-klassijiet primarji hija li t-tagħlim ta’ dawn it-tliet oqsma fundamentali għandu jiżdied sabiex jibda jikkostitwixxi mhux anqas minn 70% sa 75% tal-ħin kollu ta’ preżenza tat-tfal gewwa l-Iskola.

Is-suġġetti l-oħra bħall-istudji tar-reliġjon/etika formattiva, bidu ta’ lingwa barranija, PSD, crafts & art u edukazzjoni fiżika flimkien mal-perijodi ta’ Lunch/Leisure/Sports Breaks għandhom flimkien jammuntaw għal massimu ta’ 30% tas-siegħat kollha mgħoddija l-Iskola.

U f’Malta tafu fejn ninsabu f’din il-klassifika ta’ siegħat totali ta’ preżenza ġewwa l-klassi tal-primarja akkumulati tul sena akkademika sħiħa? Din statistika meħuda minn pubblikazzjoni uffiċċjali tal-OECD (2018)

Kif wieħed jista’ jara minn din l-istatistika, Malta qedha wara Franza. Fi Franza, din l-istatistika flimkien ma’ din l-pubblikazzjoni tal-OECD ġabet preokkupazzjonijiet tant li hija suġġett li qed ikun diskuss matul il-kampanja elettorali. Quddiem din l-istatistika, Marie Le Pen qed twiegħed li ser iżżid is-salarji tal-għalliema u fuq kollox ser is-saħħaħ t-tagħlim tal-istorja, tal-ilsien matern u l-matematika.

U f’Malta, minflok naħdmu biex insaħħu l-core subjects, noħorġu bi proposta biex inneħħu l-homework!

Leave a Reply

Discover more from Rightwing Voices

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading