Jason Azzopardi ħa Rigali mingħand ħu Wieħed mill-Membri tal-Board tal-Etika u Dixxiplina

Kif kelli ċ-ċans nikteb, kien hemm tiżgwid kbir fil-Board tal-Etika u Dixxiplina dwar il-pożizzjoni li kellu jieħu fir-rigward ta’ Jason Azzopardi. Infakkar li l-Board tal-Etika u Dixxiplina huwa magħmul mill-Professur Joe Pirotta bħala chairman, u l-membri huma Dr. Roberta Bonello, Dr. Jean Karl Soler, Dr. Michael Laferla u Dr. Arthur Galea Salomone.

Infakkar wkoll li Jason Azzopardi talab biex membru tal-Board, Dr. Jean Karl Soler jirrikuża ruħu minħabba li hu kiteb kontra Repubblika u Occupy Justice. Dan ifisser li jastjeni milli jkun preżenti fuq il-board meta jkun hemm id-diskussjonijiet fuq Jason Azzopardi.

B’hekk il-board ġie b’numru biż-żewġ (even). Dan wassal biex id-deċiżjonijiet f’dan il-board qatt ma setgħu jkunu konklussivi.

Iżda, għaliex membru tal-board li għandu ħbiberija intima ma’ Jason Azzopardi ma rrikużax ruħu? Illum nista’ niżvela li Dr. Arthur Galea Salomone huwa ħabib intimu ta’ Jason Azzopardi. Lest Arthur Galea Salomone  jinneġa li hu ħabib ta’ Jason Azzopardi? Fuq kollox, ħuh l-kbir Victor, għandu kumpanija u din il-kumpanija ġieli tat għajnuna għall-attivitajiet tal-kampanja elettorali ta’ Jason Azzopardi. Il-kumpanija ta’ Victor Galea Salomone ġieli tat rigali b’xejn lil Jason Azzopardi biex jagħmilhom lotterija waqt l-attivitajiet politiċi li l-istess Jason Azzopardi kien jorganiżża. Jiġifieri dawn ir-rigali ġew mogħtija b’xejn lil Jason Azzopardi minn ħu wieħed mill-membri tal-Board tal-Etika u Dixxiplina li suppost kien qed jinvestiga l-aġir inkorrett ta’ Dr. Jason Azzopardi. Apparti minn hekk, Arthur Galea Salomone kien jistieden lil Jason Azzopardi biex jitkellem fil-kampanja kontra d-divorzju. Għal dawn il-laqgħat, Jason Azzopard kien jinqedha bil-mara tiegħu, Marica Azzopardi Balzan. Kien dejjem joħodha miegħu meta Arthur Galea Salomone kien jistiednu biex imur jitkellem kontra d-divorzju ħalli b’hekk Jason Azzopardi jidher bħala raġel tal-familja.

Arthur Galea Salomone kien wieħed minn dawk li kien l-aktar voċiferu fuq il-board tal-Etika u Dixxiplina biex Jason Azzopardi joħroġ ‘scot-free’ wara din il-bawxata tar-rigali li ħa mingħand it-Tumas Group.

Jien kont nistenna li Arthur Galea Salomone kellu jirrikuża ruħu għaliex il-verdett tiegħu qatt ma seta’ jkun ġust u onest meta hemm dawn il-konnessjonijiet kollha ma’ Jason Azzopardi. Ma naħsibx li dan hu l-aħjar mudell ta’ good governance u correct practice li dan il-Bord tal-Etika u Dixxiplina jista’ joffri. Fil-waqt li Dr. Soler irrikuża ruħu fuq sempliċi artikli li hu kiteb kontra l-Occupy Justice u r-Repubblika, Arthur Galea Salomone ma ħassx li kellu jagħmel l-istess wara li hu kien personalment jistieden lil Jason Azzopardi biex jitkellem waqt il-kampanja tad-divorzju u jinqdew bil-mara ta’ Azzopardi ħalli juru kemm Jason Azzopardi huwa a family man. Fuq kollox, bħala bniedem li kien fuq quddiem fil-kampanja tad-divorzju, ma jħossx Arthur Galea Salomone li qed jirredikola lilu nnifsu meta llum qiegħed fuq dan il-bord jagħti dan is-support lill-adulteru Jason Azzopardi? Jien nistenna li persuna li kienet daqshekk voċifera kontra d-divorzju, għandha, kif jgħidu bl-Ingliż, to stand up and be counted u mhux ibierek dan il-ħmieġ kollu. 

Leave a Reply