Claudette Buttigieg ma tiċħadx li ngħatat l-inkarigu ta’ Shadow Tas-Saħħa

Meta jien tellajt post fejn għidt li Claudette Buttigieg għamlet pressure fuq il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech, biex tingħata x-shadow position dwar is-saħħa, Claudette Buttigieg ma ċaħditx dak li ktibt. Ta’ politiku li hija marret fuq Facebook biex tgħid kollox u fl-istess waqt ma tgħid xejn. Tkellmet fuq kollox barra fuq dan il-punt. Fuq Facebook, hija kitbet hekk:

“L-assurdita’ ta’ min jivvinta storja bla bażi u ta’ dawk li jkunu pronti jemmnuha u jxerrduha. Jiena qatt m’għamilt pressjoni fuq ebda kap tal-partit biex ningħata responsabbilita’ jew kariga.”

Mela jekk wieħed jaqra sew dak li kitbet Claudette Buttigieg, jinduna li hija qed tgħid li ma għamlet l-ebda pressjoni fuq Bernard Grech biex tingħata xi responsabbilita’ jew kariga. Biss ma ċaħdet imkien li kien hemm dawn id-diskussjonijiet għaddejjin magħha biex tingħata xi kariga. Anzi il-mod kif qegħdet il-kliem bil-Malti, qed tikkonferma b’mod indirett li kien hemm diskussjoni magħha dwar liema shadow Minister ser tieħu.

Fuq kollox, imkien ma ċaħdet Claudette Buttigieg li hija tixtieq il-kariga ta’ shadow minister tas-Saħħa. Anzi tkellmet biss b’mod in ġenerali dwar responsabbilita’ jew kariga mingħajr ma speċifikat din ir-responsabbilita’ jew kariga x’inhi. Bħala mara mhux gradwata fis-saħħa, kont nistenna li tkun speċifika fuq dan il-punt u tgħid jekk hix interessata fis-saħħa jew le. Kif kitbet il-post, hija mhux qed teskludi lilha nnifisha milli tkun shadow minister tas-saħħa.  

Leave a Reply