Ittra Miftuħa lill-Awtoritajiet tas-Saħħa Marbuta ma’ abbużi relatati mal-Imwiet mill-Covid19

Missier Giselle Camillieri miet bil-Covid19. Hija bgħattitli din l-ittra miftuħa lill-Awtoritajiet tas-Saħħa. Napprezzaw jekk l-awtoritajiet tas-Saħħa jieħdu azzjoni fuqha.

Nixtieq nistaqsi lil-Awtoritajiet tas-Saħħa meta bniedem imut b’virus, min irid jiffumigah u nuża t-terminologija tagħhom jippakkjah? Hu xogħol id-deffiena jew xogħol il-ħaddiema tal-Gvern tal-Kamra Mortwarja? Jekk hu xogħol id-deffiena, għaliex dawn mhumiex attrezzati bi ħwejjeġ protettivi biex ikunu jistgħu jmissu kadavru li tant huwa nfettat b’VIRUS qattiel? U jekk hu xogħol tan-nies li jaħdmu fi- kamra mortwarja għaliex dawn qed jiċċarġjaw is-somma ivvintata minnhom ta’ 70 euro, biex jagħmlu dan ix-xogħol? Skond huma dan hu pjaċir lil tal-funeral services? U l-body bags li dawn l-għeżież tagħna qegħdin jiġu mgeżwra ġo fihom, midfuna biss bil-ġagaga li mietu biha, qed inħallsu għalihom aħna jew kien xtrahom il-Gvern u qed jiċċarġjana għal dawn ukoll?

Naf biċ-ċert li hemm ċertu bullying min dawn l-istess ħaddiema tal-Gvern (li għandhom salarju fiss u m’għandhomx għalfejn jibżgħu li jitilfu l-«kljenti».  Wara ftit stħarriġ stajt nifhem li paroli bħal ‘isma tini 70 euro u niffumigahulek jien. Jekk le sib deffien ieħor… Smajt ukoll li dawn is-sebgħin euro qed jiġu mġagħla jiddaħħlu mal-kont taħt it-titlu TEBUT. Xi jfisser dan kollu?  Ifisser li l-ħuta minn rasha tinten..

Fil-każ ta’ missieri, it-tebut kien biċċa kaxxa tal-injam li sewa 500 euro. Qabel ma nitlob investigazzjoni legali qed nistqasi pubblikament biex jiġu investigati dawn l-affarjiet.

Nistaqi ukoll fuq liema studji qed jibbażaw fuqhom l-awtoritajiet tas-Saħħa biex qabar fejn hemm midfun kadavru li ġie ittimbrat li miet bil-Covid, ma jistax jinfetaħ għal 10 snin?

U ħa nistaqsi ukoll b’liema kuxjenza trankwilla wieħed jista’ jorqod meta ċaħħad il-familja milli tidfen lill-ommhom fil-qabar tal-familja għax kien fadal biss 5 ijiem biex jiskadu s-sentejn qabel mal-liġi tgħid li qabar jista’ jinfetaħ? Smajt li kien hemm bniedem li ddeċieda li jibbalzma l-għażiża tiegħu għall-ħames t’ijiem biex ikun jista’ jidfinha fil-qabar tal familja. Meta ħa jieqaf dan il-banalizmu sfrenat u regoli bla sens.

Domanda oħra li rrid nistaqsi hija din.  Għaliex it-tobba ġewwa Mater Dei mhumiex jagħtu Vitamin C li nafu hija biżżejjed biex din ssaħħaħ l-immunita’ tal-bniedem wara li jkun ingħata l-cortisone? Għaliex qed jgħidu li din fiha s-side effects meta studju ġewwa ċ-Ċina qal li hija effettiva kontra l- Corona Virus?

Fl-Amerika fejqu aktar minn 500 pazjent billi taw il-plasma  (parti mid-demm) ta’ nies li kienu asymptomatic positive għax din il-plasma fiha l-antibodies neċessarji biex jikkumbatti l-virus. Jista’ l-Awtoritajiet tas-Saħħa jikkonfermali jekk dan hux qed isir ġewwa Malta?

Punt ieħor li rrid inqajjem huwa dwar l-AWTOPSJA. L-awtopsja huwa DRITT fundamentali tal-familjari. Dawn għandhom jitħallew  jinvestigaw il-kawża tal-mewt jekk m’humiex konvinti bil-kawża miktuba fuq iċ-ċertifikat. Dan id-dritt qed jiġi miċħud lill-familjari li jkollhom persuna li mietet bil-Covid. Dan qed isir bil-pretest li l-virus tant hu perikoluż li jrid jiġi midfun fl-inqas ħin possibli. U għal dan qed nistaqsi. Mela l-formalina m’għadhiex tintuża jew forsi insew li din toqtol kull mikrobu u ċellola u virus? U oħra. Jekk dawn il-ħwejjeġ protettivi huma daqshekk effikaċi, allura jistgħu jintużaw min dawk li jagħmlu l-awtopsji u mill-keffiena biex b’hekk il-kadavru jkun jista’ jiġi bbalżmat jew mkeffen kif xieraq.

Id-dritt tal-aħħar tislima ukoll qed jiġi meħuda minnha għaliex suppost dawn il-body bags għandhom ikollhom parti transparenti fejn hemm il-wiċċ. Dawn jidher li ma għandhomx.

Bħala nsara, għandna tradizzjoni ukoll li nagħmlu kuruna ma’ id il-kadavru u dan ukoll mhux qed iħalluna nagħmluh.

Leave a Reply