Tax-Shift News jistaqsu lil Victoria Buttigieg minflok lil ħabib ta’ Jason Azzopardi, Philip Galea Farrugia.

It-truppa tax-Shift News ħarġet bi storja biex tħammeġ lill-Avukat Ġenerali attwali Victoria Buttigieg fuq każ li hija ma għandha xejn x’taqsam miegħu. Dan hu dwar appell li l-avukat ġenerali jew il-pulizija ma għamlux. Dan l-appell kien jikkonċerna lil  Robert Agius tal-Maksar. Dan kien ġie lliberat fuq akkużi ta’ droga. Il-Ġurnalist ta’ Shift News staqsa lil Victoria Buttigieg għala l-uffiċju tagħha ma appellax u għax ma tagħtux tweġiba, l-artikolista kiteb artiklu b’ċertu ton biex jitfa’ dell ikrah fuq Victoria Buttigieg.

Fil-qosor, Robert Agius (Tal-Maksar) huwa ssuspettat li huwa wieħed minn dawk li ġabu l-bomba li qatlet lil Daphne Caruana Galizia. Issa Robert Agius (Tal-Maksar) kien ipproċessat il-qorti quddiem l-Magistrat Neville Camilleri fuq droga. Il-Maġistrat Camilleri ta s-sentenza tiegħu f’25 ta’ Ġunju 2020 u ħeles lil Robert Agius mill-akkuża ta’ traffikar ta’ droga. Kif qalet tajjeb ix-Shift News, il-pulizja kellha ċans ta’ 15-il ġurnata biex tagħmel l-appell biss ma għamlitux. Dak li ma qalitx Shiftnews huwa li l-avukat min-naħa tal-Uffiċju tal-Avukat Ġenerali li kien qed jieħu ħsieb il-każ ried li jsir appell. Biss xi ħadd ta’ parir kuntrarju u l-appell ma sarx.

Issa kif tista’ tirrispondi Victoria Buttigieg fuq dan il-fatt meta Victoria Buttigieg leħqet f’dan l-uffiċju fid-9 ta’ Settembru 2020? Jiġifieri hija ma kienetx parti minn dan l-uffiċju meta seħħet din l-istorja. Fuq kollox, l-Avukat Ġenerali, Peter Grech, telaq minn dan l-uffiċju. Telaq ukoll minn dan l-uffiċju, l-avukat li kien qed jieħu ħsieb dan il-każ u ried li jkun hemm appell. Wieħed li baqa’ f’dan l-uffiċju u li kien hemm meta seħħet din l-istorja huwa l-avukat Philip Galea Farrugia. F’dik il-ħabta, dan kien wara l-Avukat Ġenerali Peter Grech jew aħjar id-deputy tiegħu. Dan hu ħabib intimu ta’ Jason Azzopardi tant li Jason Azzopardi kien kiteb kontra l-għażla ta’ Victoria Buttigieg għaliex ried lilu bħala l-Avukat Ġenerali. Meta kiteb l-artiklu tiegħu, Azzopardi qal li Buttigieg mhix tajba biex tkun l-avukat ġenerali għax qatt ma ħadmet fil-kriminal. Din kienet botta favur l-avukat Philip Galea Farrugia li jaħdem fil-kriminal f’dan l-uffiċju.

Dak li hu stramb huwa għala l-ġurnalista ta’ Shift News ma marx staqsa lil Philip Galea Farrugia dwar dan il-każ?  Dawn jiftaħru li huma investigattivi! Fuq kollox, dawn ta’ Shift News biċċa waħda ma’ Jason Azzopardi. Naħseb li l-ħabib ta’ Jason Azzopardi, Philip Galea Farrugia, huwa f’pożizzjoni  pprivileġġjata biex jagħti t-tweġiba għall-mistoqsija li għamel il-ġurnalista ta’ Shift News, jiġifieri għala l-avukat ġenerali jew il-pulizija ma appellawx kontra din is-sentenza. Dan għaliex, Philip Galea Farrugia kien f’dan l-uffiċju meta seħħet din l-istorja jew din il-bawxata kollha. Tkun xi ħaġa li ma titwemminx jekk ma jaf xejn b’dan!

Leave a Reply