Ivan Martin u s-Servizz Segriet Malti

B’kumbinazzjoni, Ivan Martin, il-bieraħ ippubblika artiklu fuq il-web tat-Times li fih qal li Joseph Muscat kien parti minn group jew aħjar chat-line ma’ Yorgen Fenech u Keith Schembri. Wara daħal f’dan il-group Konrad Mizzi. Martin kompla jagħtina dettall interessanti li Joseph Muscat telaq minn dan il-group chat ftit qabel ma seħħew arresti imminenti mill-pulizija fir-rigward tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Il-mistoqsija tiġi waħidha. Kif Ivan Martin sar jaf b’dan id-dettall?

Ir-risposta ġa tahielna l-avukati  ta’ Yorgen Fenech. Fi kliem ieħor, l-avukati ta’ Yorgen Fenech ma gidbux meta qalu li Ivan Martin mar fuqhom u qalhom li għandu informazzjoni mis-Servizz Sigriet Malti. Informazzjoni bħal din dwar Whatapp messages u meta persuna waqqfet tużahom ma setgħatx tiġi minn imkien ieħor, ħlief mingħand is-Servizz Sigriet Malti peress li huwa għandu aċċess għal din l-informazzjoni. Infakkar li din l-informazzjoni għadha ma ġietx ippreżentata fil-qorti mill-pulizija bħala xhieda fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Quddiem dan kollu, il-Kummissarju tal-Pulizija, Angelo Gafa’, għadu ma għamilx inkjesta interna u oħra b’maġistrat.

Dak li qed nassistu huwa attakk koordinat kontra l-istat Malti u f’dan l-attakk hemm involuti persuni minn ħafna oqsma tal-ħajja Maltija, inkluż mis-Servizz Segriet Malti.

Leave a Reply