Il-Whatsapp Messages ta’ Yorgen Fenech

Il-bieraħ numru ta’ ġurnali ħarġu bl-aħbar ta’ x’fihom dawn il-Whatsapp messages ta’ Yorgen Fenech. Kien hemm stennija għal din l-aħbar. Infakkar li Jason Azzopardi kien ilu jgħidilna dwarhom u jwissiena x’ser joħroġ minn dawn il-messaġġi. Il-ġurnali tkellmu fuq 900 messaġġ li Yorgen Fenech kellu ma’ Keith Schembri, Konrad Mizzi u anki Joseph Muscat. Il-konklużjoni kollha kienet li ħafna minn dawn il-messaġġi – jien ngħid kollha – huma innokwi jew għall-inqas ma hemm xejn inkriminati fihom. Huwa messaġġi li juru element ta’ ħbiberija intima li kien hemm bejn dawn il-persuni. Bħal ma għidt qabel nerġa’ ngħid issa, li jekk dawn il-messaġġi fihom informazzjoni dwar korruzzjoni, nistenna li l-pulizija tipproċedi mingħajr favuri.

Biss s’issa, il-pulizija għadha ma pproċeditx. Imma dejjem tgħidilna li qedha tinvestiga. Għalhekk tat lil Keith Schembri u Konrad Mizzi police bail sa Jannar. Biss hemm numri ta’ fatturi strambi f’din l-investigazzjoni kollha tal-pulizija.

L-ewwel fattur huwa li din l-investigazzjoni tikkonċerna lil Yorgen Fenech. Qed nitkellmu fuq Whatsapp messages tiegħu. Mela għala Yorgen Fenech ma ġietx interrogat mill-pulizija fuq dawn il-Whatsapp messages tiegħu jekk verament temmen il-pulizija li hawn għandna xamma ta’ korruzzjoni?  Yorgen Fenech kellu jkun l-ewwel persuna li tkun interrogata fil-fond dwar dawn il-messaġġi. Sal-lum dan għadu ma ġarax.

It-tieni fattur huwa li għal darba oħra l-informazzjoni mill-pulizija spiċċat għand The Times u media oħra. Infakkar li l-avukati ta’ Yorgen Fenech għamlu akkuża serjissima kontra l-ġurnalist ta’ The Times, Ivan Martin. Dawn akkużawh li hu qed jieħu informazzjoni mingħand is-Servizz Sigriet Malti u kien Martin stess li resaq lejhom biex jagħtihom jew ‘ibiegħilhom’ din l-informazzjoni. Jien tlabt lill-Kummissarju tal-Pulizija jiftaħ inkjesta interna u oħra b’maġistrat fuq dan kollu. S’issa ma għamel xejn minn dan. Min-naħa tagħha l-media tal-buonisti waqgħet fis-silenzju dwar din l-istorja kollha tal-hekk imsejjaħ tixħim ta’ dan il-ġurnalist.

It-tielet, jien argumentajt li din l-investigazzjoni kienet kollha messa in scena biex il-pulizija tgħin lill-ħabib tagħha, Jason Azzopardi. S’issa għadu ma ħareġ l-ebda argument b’saħħtu li jikkontradixxi dan il-fatt.

Ir-raba’. The Times qaltilna li numru ta’ dawn il-messaġġi jikkonċernaw nisa, xort u tbaħrid. Qedha The Times titkellem fuq escorts offruti lil Keith Schembri, Konrad Mizzi u Joseph Muscat? Naħseb li l-ġurnaliżmu jrid ikun aktar ċar fuq dan il-punt.

Il-ħames. B’kumbinazzjoni dawn l-istejjer fuq ritratti ta’ nisa, li għadna ma nafux jekk humiex bil-ħwejjeġ jew mingħajrhom, ħarġu fil-media wara li l-Ħadd li għadda ħareġ fil-beraħ li Jason Azzopardi mar skappatella fuq il-Qabar ta’ Kristu!

Issa tgħidulix li dan kollu kumbinazzjoni. Dan hu eżerċizju ċar ta’ ‘damage control’ mill-pulizija favur Jason Azzopardi! Jien kont nistenna lill-pulizija tagħtina aktar dettallji dwar dan ir-ritratti, xorb u l-allegat b’tbaħrit f’kamra f’razzetta Ħaż-Żebbuġ u mhux nisimgħu dan mill-media.

L-uniku fatt li jibqa’ huwa li Keith Schembri u Konrad Mizzi qegħdin fuq police bail sa Jannar. Min-naħa l-oħra, l-istess pulizija qed tirrifjuta li Yorgen Fenech jingħata bail ħalli sieħibhom, Jason Azzopardi, jkun jista’ jibqa’ jmur fuq il-media u jgħid li Yorgen Fenech huwa detenut il-ħabs!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *