Ħasil ta’ Flus u Evazzjoni tat-Taxxa

Matul is-smiegħ tal-lum tal-inkjesta pubblika quddiem it-tliet imħallfin kien imiss lil ex-ministru Chris Cardona biex jitkellem. F’dan is-smiegħ ħarġu numru ta’ affariijiet li jitolbu kumment. Dak li l-ewwel laqagħti huwa l-fatt li meta Chris Cardona beda jiġi mistoqsi dwar l-Panama Papers mill-imħallfin, l-imħallef Lofaro għamlet dan il-kumment. Jien hawn ser inkun qed nikkwota minn Newsbook.

“10:25 Judge Lofaro points out that tax evasion is one thing but money laundering was another”.

Dan il-kumment tal-imħallfa Lofaro ħasadni ftit. Jidher li l-imħallfa ma kienetx taqbel ma xi punt li għamel Chris Cardona rigward il-Panama Papers. Biss jekk Chris Cardona ta x’jifhem li dawn huma ħaġa waħda għandu raġun. Dan għaliex skont il-liġi tagħna, l-evazzjoni tat-taxxa tammonta llum għall-ħasil ta’ flus. F’dan ir-rigward, il-liġi tagħna hija ‘in line’ mad-direttiva tal-Unjoni Ewropea. Skont id-direttiva tal-Ewropa tal-24 ta’ April tal-2014, l-evazzjoni tat-taxxa tammonta għall-ħasil ta’ flus maħmuġa. Din id-Direttiva Ewropea kienet ġie mġedda (updated) fid- 9 ta’ Ottubru 2018.

Quddiem dan il-fatt legali, ma nistgħax nifhem għaliex saret din is-separazzjoni bejn ħasil ta’ flus u evazzjoni tat-taxxa u għaliex dawn l-imħallfin ta’ din l-inkjesta qegħdin iqisuhom bħala żewġ dinjiet separati.  

Leave a Reply