Where your opinion counts

Aktar mistoqsijiet dwar il-Booking ta’ Jason Azzopardi f’Tel Aviv

Jason Azzopardi għadu ma ddikkjarax jekk hu marx darba jew darbtejn Tel Aviv fl-2017, jiġifieri jekk barra li mar f’Marzu, għat-tieġ tat-tifla tar-Rabbi, kif ikkonfermat martu Marica Azzopardi Balzan, hu reġgħax mar, kif irrappurtat il-ġazzetta Illum, f’Lulju ta’ dik l-istess sena. Biss hemm mistoqsijijiet oħra li Jason Azzopardi jwieġeb. Dak li nafu issa li jidher li gideb meta qal li f’Lulju mar għax kellu tieġ. Issa sar magħruf li t-tieġ tiegħu kien f’Marzu.

F’dan il-kuntest, l-ewwel mistoqsija li trid issir hija din. Jason Azzopardi qed jgħid li hu ma kienx jaf li Ray Fenech ħallaslu l-Hotel f’Tel Aviv. Mela jista’ Jason Azzopardi jurina l-booking li għamillu Ray Fenech. Żgur li Ray Fenech tah jew bgħattlu kopja tal-booking li kien għamel. Fuq dan il-booking ikun hemm fuq min sar u wkoll jekk kollox ġa huwa mħallas jew le. Fuq kollox, meta ħareġ mill-Hotel, żgur ingħata rċevuta taż-żjara tiegħu hemm. Jista’ jipproduċi din l-irċevuta.

Qed ngħid dan għax din twassal għat-tieni mistoqsija. Fuq isem min verament sar dan il-booking? Meta Jason Azzopardi mar Tel Aviv, f’Lulju kienu tlieta. F’dik ta’ Marzu kienu żgur tnejn. Il-bookings saru f’ismu jew fuq isem ħaddieħor? Hu min għamel il-booking uża isem falz? F’dan il-kuntest, important li Jason Azzopardi jurina l-karti tal-booking.

Din twassal għat-tielet u l-aktar mistoqsija importanti. Jason Azzopardi mhux xi wieħed li jħobb jivvjaġġa u joqgħod fi kmamar normali. Bħal ma kulħadd jaf, il-hotel bħal Hilton għandha livelli u gradi differenti ta’ kmamar. Jista’ Jason Azzopardi jgħidilna f’liema kamra għad, jiġifieri jekk hix xi waħda li tiswa madwar 300 euros kuljum jew dik li tiswa aktar minn elf elef euro sew kuljum? Hu magħruf li meta jivvjaġġa jkun irid kollox ta’ premium class. Mill-mod kif irrappurtat Illum, Jason Azzopardi offra liż-żewġ nisa li kellu miegħu vaganza ta’ l-għola grad.     Hu important li Jason Azzopardi jwieġeb dawn il-mistoqsiji u jġib id-dokument tal-booking tiegħu f’Tel Aviv. Jekk veru kien hemm il-booking fuq isem falz, jkun ifisser li hu kien jaf li dan il-booking kien imħallas minn qabel u b’hekk reġa’ gideb għal darba oħra lill-poplu Malti u Għawdxi. Fuq kollox, jidher ċar li r-rigal li rċieva Jason Azzopardi u żewġ nisa li marru miegħu kien ħafna ikbar minn dak li l-media tal-bonisti trid bellagħhielna li kien.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *