L-allegat massakru ta’ Bucha u l-qtil ta’ membru parlamentari Ukren mill-Ukraini nfushom.
Blog post minn Romegas
Is-servizzi Russi rrilexxaw rekording ta’ telefonata bejn l-armata u dan il-membru parlamentari Ukren li kien magħruf għall-pożizzjonijiet pro-Russi tiegħu fejn javżawh fit-30 ta’ Marzu li ikun aħjar għalih jekk jevakwa ruħu magħhom peress li kienu ser jirtiraw mill-inħawi u peress li huma kienu qed jantiċipaw li ser ikun hemm ripressjonijiet hekk kif l-inħawi jerġgħu jaqgħu f’idejn l-Ukreni. Huwa wieġeb b’mod stojku u tassew b’mod kuraġġjuż li hu kien lest jiffaċċja kwalunkwe riperkussjoni. Hu ma riedx jaħrab mid-destin tiegħu. M’għandniex xi ngħidu li
a) inqatel –
b) il-media Ukrena u tagħna mill-ewwel waħħlet fir-Russi għall-qtil tiegħu.
Ir-raġuni għalfejn ir-Russi riedu jeqirdu lil xi ħadd li kien alleat tagħhom u li riedu jevakwawh magħhom ma ssibha imkien?!
Nissuġerixxi lil kulmin irid jisma d-djalogu ta’ din it-telefonata jagħmel użu mis-servizz veed li jagħmel traduzzjoni tal-audio f’sotto titoli. Is-servizz huwa b’xejn sakemm tirreġistraw ruħkom u l-audio bħal dan il-file huwa anqas min għaxar minuti.
