Il-budget

Minn osservatur politiku

Jidher li Ottubru jinsab magħna għax qed nisimgħu diskorsi li jgħidu x’ser nistennew mid-diskors tal-budget għas-sena d-dieħla. Smajna diskorsi fejn qed jiġi mmirat li l-faxxa tan-nofs ser ikollha tnaqqis fit-taxxa biex tirkupra mill-ispejjeż enormi li qed tiffaċċja biex tlaħħaq mal-ħajja.

Il-Prim Ministru speċifika li ser jaġevola lill-faxxa tan-nofs biex isaħħaħ l-ekonomija tal-pajjiż. Il-Prim Ministru fehem li l-faxxa tan-nofs intlaqtet ħażin minn kif sejrin l-affarijiet f’pajjiżna. Lest li jieħu dawk il-passi biex itaffi t-tbatija ta’ dawk in-nies kollha li jinsabu f’dik il-faxxa.

Imma l-Prim Ministru jrid jifhem ukoll li mhux biżżejjed li jsaħħaħ din il-faxxa meta ħafna affarijiet fil-pajjiż jinħtieġu li jiġu njettati f’miljuni biex isaħħu s-servizz tagħhom. Il-poplu qed jistenna li fil-budget li ġej jisma’ bi proġetti biex jgħinu l-infrastruttura tal-pajjiż. Jeżistu diversi servizzi li huma għatxana għall-investiment u l-poplu qed jispera li l-Gvern jifhem din is-sitwazzjoni u jieħu l-passi neċessarji biex verament jibda’ jsir investiment importanti.

Il-poplu qed jistenna, fost affarijiet oħra, li jara x’deċiżjonijiet ser jieħu l-Gvern biex isaħħaħ is-servizz tas-saħħa. Dan is-settur tilef ħdax-il sena għax naqas li jagħmel ċert li min ħa l-miljuni jwettaq dak li kien imwiegħed. Issa għadda tant żmien li dan is-settur jinsab f’sitwazzjoni ta’ diffikulta kbira u hemm bżonn li jittieħdu passi biex jittaffew il-problemi kbar li qed jiffaċċja dan is-settur.

Il-poplu qed jistenna wkoll li fil-budget jisma’ dwar l-investiment fl-enerġija tagħna. Issa ilna sentejn inbatu mill-qtugħ tal-elettriku fid-djar tagħna. Huwa għalhekk li l-poplu jinsab għatxan li jisma’ bi progamm ta’ investiment biex ma jkollniex l-istess problema s-sena d-dieħla. Dawn l-investimenti marbutin mal-benefiċċji li ser jingħataw jagħmlu l-budget attraenti, b’tali mod li l-poplu jkun aġevolat.

Il-poplu qed jistenna li l-budget li ġej ikun jinkludi dak l-investiment neċessarju biex naraw diversi setturi jirċievu l-għajnuna li qed jgħajtu għaliha. Il-poplu jinsab ħerqan li jara ħafna sfidi jiġi ttakiljati biex jittaffew dawk in-nuqqasijiet li ilhom jinbnew għal diversi snin.

2 thoughts on “Il-budget”

  1. Luca. Lijlek mux tnaqqis fit-taxxa ha itiek imma hames bozzoz low energy biex zgur tkun happy.

Leave a Reply