Hu stramb kif il-pulizija ma tistax issib lil Mark Camilleri meta l-istess Camilleri hu f’kuntatt dirett mal-Kummissarju Angelo Gafa’!

Fil-qorti, taħt ġurament, l-ispettur tal-pulizija Christine Delia qalet li ma tistax issib lil Mark Camilleri għaliex jgħix barra. Jien kont kxift fejn qed jgħix jiġifieri fil-Galicia fi Spanja. Wara li jien kont żvelajt fejn qed joqgħod Mark Camilleri, Camilleri kien bagħat email lili, fejn fiha kkopja lill-Kummissarju Pulizija Angelo Gafa’. F’din l-email, Camilleri kien talab lil Gafa’ biex jinvestigani talli kxift fejn kien qiegħed. Skont l-istess Mark Camilleri, jien kont qedtlu ħajtu fil-periklu.

Hawn qed inġib il-prova li turi li Angelo Gafa’ kien f’kuntatt ma‘ Mark Camilleri. Fl-email li kien bgħattli, Mark Camilleri kien ikkopjah’. Qed nirripproduċi din l-email fl-aħħar ta’ dan l-artiklu. Kien hemm persuni oħra kkuppjati f’din l-email, fosthom Tim Spiteri li hu l-avukat ta’ Mark Camilleri.

Mela mhux talli l-pulizija ma kienux jafux fejn qiegħed Mark Camilleri, talli l-istess Camilleri kien f’kuntatt dirett mal-Kummissarju tal-Pulizija Gafa’. U nispera li ħadd ma jgħid li l-pulizija ma kienux jafu b’dan kollu għaliex din l-istorja kienet irrapporta minn Tim Diacono għal Lovin Malta!

Qed nerġa’ nġib l-email li kien bagħat Mark Camilleri lil Gafa u li turi ċar li kemm Mark Camilleri u Angelo Gafa’ kienu f’kuntatt. B’hekk wieħed jiskanta jew aħjar jifhem id-diffikulta tal-istess pulizija biex tinvestiga lil Mark Camilleri. Min-naħa tiegħi, jien kont sfidajt lil Mark Camilleri biex jgħid liema klawsola mill-liġijiet kriminali ta’ Malta ksirt meta għidt li hu kien qed jgħix fi Spanja.

Jien rajt spetturi jigdbu taħt ġurament. Il-problema hi li l-qorti temmen il-gideb tal-pulizija meta jkun jaqbel lilha!

L-email li kien bagħatli Mark Camilleri u li kien anki bagħat lill-Kummissarju tal-Pulizija talli kxif li kien qed jgħix il-Galicia fi Spanja.

3 thoughts on “Hu stramb kif il-pulizija ma tistax issib lil Mark Camilleri meta l-istess Camilleri hu f’kuntatt dirett mal-Kummissarju Angelo Gafa’!”

  1. Din il-bicca tan-nuqas tan-notifica tal-puluzzjia lil Camilleri daqxejn imhawda. Tajt jista ikun li emm xi bicca teknikalita dwar id-dificulta ta in-nuqqas ta adress? Ghax difficli biex temmen li ordni tal-qorti ma tigix segwita.

Leave a Reply