Where your opinion counts

Fr. Joe Borg, li hu f’alleanza ma’ min jgħajjar lin-nies b’mard mentali, jispiċċa jmexxi r-Richmond Foundation: L-anqas jaf jistħi!

Qed inġib ritratt ta’ Fr. Joe Borg jirċievi cheque f’isem ir-Richmond Foundation. Ir-Richmond Foundation hija għaqda li taħdem ma’ nies li jbatu b’mard mentali. Illum din l-għaqda għandha bħala acting chairman persuna, jiġiifieri Fr. Joe Borg, li huwa f’alleanza ma’ nies li jgħajru lill-għajrhom b’mard mentali. Joe Borg illum huwa biċċa waħda mat-truppa ta’ Daphne Caruana Galizia li fiha hemm illum fost l-oħrajn Mark Camillieri li ma jiddejjaqx jgħajjar lin-nies b’mard mentali.

Ara meta Mark Camilleri jgħajjar nies b’mard mentali, ħadd minn ta’ Richmond Foundation ma jitkellem. Anzi llum għandhom bħala acting chairperson persuna li hija diviżiva li tinsab f’alleanza ma min jgħajjar lin-nies bil-mard mentali.

Infakkar li dan Fr. Joe Borg ma ddejjaqx juża stazzjon tal-knisja – din issuppost knisja li tippriedka l-imħabba u l-verita’ – biex jagħmel programm sħiħ kollu gideb fuqi. U dan għamlu biex jien nitlef ħobżi. Ara hemm ma dejjaqx li seta’ jqabbadni mard mentali permezz tal-gideb tiegħu u nsir “demented” kif għajjarni sieħbu Mark Camilleri!

Verament hu bniedem li l-anqas jaf jistħi.

3 thoughts on “Fr. Joe Borg, li hu f’alleanza ma’ min jgħajjar lin-nies b’mard mentali, jispiċċa jmexxi r-Richmond Foundation: L-anqas jaf jistħi!

  1. Ghandhom bzonn l’ghajnunna dawk in nies li fdaw dawk il flus f’idejn fr.joe borg , jien l’anqas fil hara ma nafdah .

  2. Ipokrezija sfrenata. Issahhah lin-nies biex bil-vot taghhom ma jtuhomx il-poter. Jitolbu lil pulizija tiehu azzjoni kontra min jikteb xi haga kontrihom bl-iskuza ta’ hate speech. Imbaghad huma jaghmlu assassinji ta’ karattri bl-addocc. Int fil-mira Dr Mercieca.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *