Joseph Muscat ma jistax jilminta mis-sistema ġuridika li ħoloq hu stess
Minn osservatur politiku
‘Malta tagħna lkoll’. Hekk kien jistqarr Joseph Muscat u b’dik il-għajta kisser lill-Partit Nazzjonalista fl-2013. Dik kienet il-mantra li rebħitu l-Gvern lil Muscat u li għaqdet moviment Laburista li ħa t-tmexxija tal-Gvern b’maġġoranza li qatt ma rajna bħalha.

Imma llum l-istess Joseph Muscat irid jirrejalizza li la Malta tagħna lkoll, anke l-ġudikatura hija tagħna lkoll. Illum Muscat irid jirrejalizza li l-ġustizzja hija wkoll tagħna lkoll. Fuq kollox, kien Muscat stess li ħoloq din is-sistema ġuridika li issa qiegħed jitkellem kontra tagħha.
Issa jrid jirrejalizza li jekk jiġi mixli b’xi ħaġa ħażina li seta’għamel irid, bħal kull Malti u Għawdxi ieħor, jikkonvinċi li hu ma kellu ħtija ta’ xejn. U dan irid jagħmlu quddiem maġistrati li aktar iwa milli le nħatru bis-sistema li daħħal hu stess.
Għalhekk kull aspett fil-ħajja huwa tagħna lkoll. Mela għalhekk seta’ jibbrilla fil-gawdjuż u llum irid ikompli jikkonvinċi fid-doloruż. Ma jistax ikun li kemm Muscat kif il-Prim Ministru tal-ġurnata jibqgħu għaddejjin bil-mantra li l-Laburisti qed jiġu provokati. Din hija xi ħaġa li bħalissa qed tissemma’ ħafna imma mhux sewwa għax kull Malti u Għawdxi jkun irid jara l-mexxejja tagħhom dejjem iġibu lil Malta qabel kollox u mhux jaħsbu fihom infushom.
Kemm Joseph Muscat kif ukoll Robert Abela hemm bżonn li jħallu l-ġustizzja tagħmel xogħolha. Hemm bżonn li jħallu lill-ġudikatura taħdem fil-liberta’ li għandha tant bżonn. Hemm bżonn li nieqfu nattakkaw lil kull min ma jaqbilx magħna. Hemm bżonn li jieqfu jgħidu li qed jiġu attakkati l-Laburisti kollha.
Mhux il-Laburisti kienu fit-tmexxija tal-Gvern. Mhux il-Laburisti jridu jippruvaw li huma nnoċenti. Imma mid-dehra ser taqa’ fuq eks-mexxej tagħhom li jrid jipprova l-innoċenza tiegħu. Fuq kollox, dan il-prinċipju li trid tipprova l-innoċenża tiegħek kontra l-prinċipju li kellna li l-ġustiżżja trid tipprova li inti ħati ġie mbuttat minn Muscat u sħabu. Ara issa, għax qed jingidmu qed jgħidu li mhux sew. Meta ngidem ħaddieħor, ħadd ma ħareġ jgħid li mhux sewwa.

Huma l-ftit fil-Partit Laburista li jridu jnaddfu isimhom jekk hemm għalfejn inaddfuh. Imma skont il-ġudikatura jidher li hemm bżonn ta’ tindif serju fi ftit kapurjuni tal-Laburisti.
Id-diskors kemm ta’ Muscat kif ukoll ta’ Abela huwa pjuttost perikulużi. Il-qorti ma hi qed tipprovoka lil ħadd. Il-qorti qed tagħmel xogħolha. Huma dawn iż-żewġ mexxejja li qed isaħħnu l-irjus. Huma dawn iż-żewġ mexxejja li qed jippruvaw jieħdu r-raġun meta jafu li biex jagħmlu dan iridu jitnaddfu mill-allegazzjonijiet li huma għaddejjin.
Dan it-tindif ma jistax isir bil-paroli imma mid-dehra ser ikun hemm bżonn li jersqu quddiem il-ġustizzja biex jiddefendu jsimhom u jiċċaraw dawn l-allegazzjonijiet kollha. Joseph Muscat u l-Prim Ministru jridu jirrealizzaw li l-ġustizzja ma taħfirha lil ħadd u jkun inutli li jippruvaw joskuraw membri tal-ġudikatura għax kien hemm żvilupp kontra tagħhom.
Dawn iż-żewġ protagonisti jridu jifhmu li l-liġijiet huma wkoll tagħna lkoll u allura kull liġi tista’ tintuża biex jiġi analizzat jekk hemmx xi ħaġa ħażina f’kull individwu Malti u Għawdxi u jekk tinstab xi ħaġa ħażina kulħadd jieħu dak li ħaqqu. Dak hu s-sabiħ li tgħid li Malta tagħna lkoll għax kulħadd jiġi stmat l-istess.


Sur Avukat
Sar sew meta Dr Muscat ma thallix jiexed FL-inkjesta?
Grazzi.
https://www.facebook.com/josephmuscatdotcom
Is soltu storja gustizzja 2 ways 2 measures dak li hu Labour nikxfuh u npercuh u ta dawk li mahluqin mil Mulej biex jiggvernaw dawk nghattulhom.
Gustizzja ipokrita f’dal pajjiz.
Ara meta kellna prim ministru Fenech Adami li Instab hati mil Qorti, ma gara xejn jew li L’Ministru Austn Gatt nesa li kellu 2 miljun lira maltija L’Izvizzera ma gara xejn. Eh! u! L iskandlu taz zejt x’sar minnhu?