Where your opinion counts

IL-PRO-CHOICE jagħmlu demostrazzjoni u jġibuhom fil-media. Pro-Malta Christiana kellhom l-istess daqs ta’ nies u ħadd ma rrappurtahom l-anqas il-media tal-arċisqof.

Mela llum kellna demostrazzjoni fil-Belt minn dawk li jridu l-abort. Għandhom kull dritt li jipprotestaw. Imma dak li jolqtok li meta dawn jagħmlu xi protesta, il-media tal-liberali ġġibhom u tara li tonfoħ il-crowd li tattendi.

Ftit tal-jiem ilu kellna l-għaqda Kattolika li jisimgħha Pro-Malta Christiana. Dawn ingabru quddiem il-Parlament jgħidu r-Rużarju bħala protesta – huma sejħulha att ta’ riparazzjoni – minħabba l-Europride.

Wieħed jista’ jaqbel jew ma jaqbilx magħhom. L-argument huwa ieħor. Ara lil dawn ħadd mill-media tal-liberali ma ġabhom jew irrapporta l-azzjoni tagħhom. L-anqas il-media tal-arċisqof ma rrappurtahom li qalulna li qegħda hemm biex ixxandar lil Kristu! Ara imbagħad xi partit favur l-abort malajr il-ġurnalisti ta’ din il-media jmorru tirrappurtawh u jagħtuh coverage. Taf inti, għaliex dawn jgħidu li jirrappurtaw kollox. Ħalluna ngħixu.

Imma f’Malta suppost għandna media indipendenti u ġġib kollox.

4 thoughts on “IL-PRO-CHOICE jagħmlu demostrazzjoni u jġibuhom fil-media. Pro-Malta Christiana kellhom l-istess daqs ta’ nies u ħadd ma rrappurtahom l-anqas il-media tal-arċisqof.

  1. Il-media f’Malta ma jinterrashomx il-bilanc, ir-responsabbilta u l-etika li ghandna l-Maltin.
    Jinterrashom biss minn fejn gejjin il-finanzjamenti. Forsi minn xi fondazjoni ta’ billjonarju barrani?
    Tajjeb inkunu nafu hekk fondi tal-Unjoni Ewropeja mhux qed isaqqu din is-sikrana.

  2. L-ahhar linja kkoreguta
    Il-media f’Malta ma jinterrashomx il-bilanc, ir-responsabbilta u l-etika li ghandna l-Maltin.
    Jinterrashom biss minn fejn gejjin il-finanzjamenti. Forsi minn xi fondazjoni ta’ billjonarju barrani?
    Tajjeb inkunu nafu jekk fondi tal-Unjoni Ewropeja hux qed isaqqu din is-sikrana.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *