Where your opinion counts

Mela jekk inti ħabib ta’ Jason Azzopardi tista’ tikser id-divjiti tal-qrati u ma jiġrilek xejn: imma jekk int, kontra Jason Azzopardi, il-gvern tal-Lejber iħallas l-avukati mit-taxxi tal-poplu ħalli jinbdew proċeduri fil-qrati kontra tiegħek.

Fil-media qrajna li l-kwistjoni bejn Mark Camilleri u Rosianne Cutajar ser tmur għas-sentenza. Sa hawn wieħed iħalli f’idejn id-deċiżjoni tal-qrati. Min-naħa tiegħu, l-avukat ta’ Mark Camilleri argumenta fil-qorti li dak li qed jagħmel il-klijent tiegħu kellhom suppost jagħmluh il-pulizija. Mela issa għandna sitwazzjoni fejn l-argument hu li Mark Camilleri qed jagħmel xogħol il-puliżija u allura ma kiser l-ebda divjit tal-qorti meta ppubblika chats li hemm projbizzjoni mill-qorti fuq il-pubblikazzjonijiet tagħhom.

Issa sirna nafu li persuna li kienet qed tikser dan id-divjit hu l-avukat tal-familja Caruana Galizia, jiġifieri Jason Azzopardi. Dan l-avukat kellu l-ardir li jitlob il-qorti tibda proċeduri kontra tiegħu għaliex qal li jien kont qed nikser l-ordni tal-qorti u l-maġistrata Rachel Montebello tat lil Jason Azzopardi raġun. B’hekk bdew proċeduri kontra tiegħi, f’isem il-familja Caruana Galizia u dawn il-proċeduri kollha huma kollha mħallsa mill-istat. Il-familja Caruana Galizia ma ħallsux one cent biex bdew dawn il-proċeduri kontra tiegħiu. Min-naħa tiegħi, jien irrid niddefendi lili nnifsu u nħallas minn buti. Fuq kollox, l-istat qed iħallas avukat ħalli jara li jien niġi kkundannat. Dak rule of law f’dan il-pajjiż!

Din hija l-klima tar-rule of law li ħoloq il-gvern tal-Lejber u l-Ministru tal-Ġustizzja b’ħalqu magħluq quddiem dan kollu.

Ara fuq Mark Camilleri, ir-registratur tal-qorti ma pproċedix fuq ksur ta’ divjit u l-anqas ma pproċeda kontra jason Azzopardi li ħareġ ċar li kissru d-divjiti tal-qorti. Imbagħad għandna Prim Imħallef, li hu tal-Opus Dei, bħal ma kien Jason Azzopardi, li jrid jbellgħaha lill-poplu li fil-qrati tagħna issir ġustizzja u kulħadd smat l-istess. Ikun baħnan u ġaħan min jemmen lil dan il-prim imħallef li fil-qrati tagħna ssir ġustizzja u kulħadd smat l-istess. My foot.

4 thoughts on “Mela jekk inti ħabib ta’ Jason Azzopardi tista’ tikser id-divjiti tal-qrati u ma jiġrilek xejn: imma jekk int, kontra Jason Azzopardi, il-gvern tal-Lejber iħallas l-avukati mit-taxxi tal-poplu ħalli jinbdew proċeduri fil-qrati kontra tiegħek.

  1. A reminder of George Orwell’s, Animal Farm! Some animals are more equal than others!!! Those who insist on the rule of law are the ones who literally go to the contrary and do whatever fits their personal agenda!! Hypocrites par excellence! They want us to believe that they are the paladins of the rule of law and role models with regard to good governance. Ironically, those who accuse others of rent-seeking, whenever had the chance also benefitted from rent-seeking!!

  2. Il PN first tier establishment jirnexxi jitnejjek b kulhadd u f 25 sena hadd ma tkellem…
    La fil 1992 svalutaw il lira maltija b 10%..
    La fil 2004 bieghu s sovranita ta Malta ghax kieku l lira maltija spiccat xorta..
    Lanqas fit 2011 EU deficit procedure jigifieri Malta bankrupt..hadd ma jitniffes…
    U meta taghmel Google search u tara qtil ta l ghola persunaggi fid dinja issib li meta jaqbdu l qattiela kulhadd idoqq glorja…fil kaz ta dcg wara 21 mafia style hits u l ebda qtil ma gie solvut kollox skiet…
    Ghidli min jista jafda l PN first tier establishment li tajjar lil Adrian Delia…
    U biex tkun taf kemm huma b sahhithom ara issibx x gara fuq il VAT mhux imhallsa li jekk niftakar sewwa kien deher xi haga hawn biss dwar dcg…media kollha skiet x ma jippruvawx isikktuk!!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *