Ta’ The Times u l-bella kumpanija żbaljaw. Din id-darba mhux George Degiorgio talab il-prison leave, imma ħuh Alfred!!!
Sorsi qrib il-qorti avviċinaw lil dan is-sit biex jgħidulu li din id-darba ma kienx George Degiorgio li applika biex jingħata l-prison leave imma ħuh Alfred. Imma The Times bniet kampanja kontra George Degiorgio meta ma kienx hu l-applika għall-prison leave. Imbasta kellna l-ġurnalisti pupazzi tal-Ewropa jikkummentaw fuq dan il-każ.
Ovvjament issa, what is sauce for the goose is sauce for the gander. Jekk lil George Degiorgio tawh il-leave, huwa diffiċli li wieħed ma jagħtix leave lil ħuh biex ma jmurx magħmudija tan-neputi tiegħu.
Imma hekk taħdem il-media. Tikkrea mostri minn fuq in-nies u The Times u sħabha l-liberali saru esperti f’dan il-qasam.
