Telqa kbira fil-Wasteserv Malta Ltd: il-mara tal-Ministru Galdes appuntata fuq il-bord ta’ din il-kumpanija.

Wara l-pubblikazzjoni tal-artiklu dwar it-telqa kbira li llum hemm fil-Buskett, irċevejt dan il-messaġġ qasir dwar il-Wasteserv Malta Ltd li fih ħafna x’togħmod:

Miriam Dalli mhux fuq il-Buskett biss rieqda raqda. Ara d-diżastru sħiħ li għaddej fil-Wasteserv. Nies professjonisti telqin bil-gżuż minħabba inkompetenza, qżież u ksuħat ta’ min suppost qed imexxi”.

Dak li nista’ nżid li meta wieħed iħares lejn il-board tat-tmexxija tal-Wasteserv Malta Ltd, wieħed isib li fuq dan il-bord ġiet appuntata l-mara tal-Ministru tas-Social Housing, Roderick Galdes, Ms. Joanne Galdes. Din tkompli mal-ħafna nisa ta’ ministri jew eks-nisa ta’ ministri li ġew appuntati fuq bordijiet ta’ kumpaniji tal-Gvern, awtoritajiet jew aġenziji jew strutturi oħra. Fost in-nisa ta’ ministri tal-gvern li nsibuhom appuntati fuq xi bord tal-gvern, awtorita’ jew kumpaniji hemm il-mara tal-Ministru Silvio Schembri u anki ta’ Chris Bonnett.

Leave a Reply

Discover more from Rightwing Voices

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading