Telqa li tinħass fil-Buskett

Bħalissa huma ħafna l-familji Maltin li jerħula lejn il-Buskett. Dan hu wieħed mill-ftit postijiet fejn tista’ tapprezza n-natura u toqgħod għall-kwiet.

Il-ġonna tal-Buskett jaqgħu taħt il-kumpanija l-ġdida GEB Ltd li rebħet il-kuntratt tal-landscaping f’pajjiżna. Meta ddur dawra mal-Buskett, wieħed malajr jinduna li s-siġar taċ-ċitru mitluqin għal riħhom. Kull min jifhem fis-siġar jaf li bħalissa ic-citru kollu jkun inqata’ għall-fatt li tlettax-il jum bogħod mir-Rebbiegħa, is-siġar bħalissa qed iwwardu. Imma s-siġar taċ-ċitru fil-Buskett jinsabu mimlija larinġ u lumi u tant hemm stat ta’ telqa’ li taħt is-siġar hu mimli frott li waqa’ mis-siġar.

Dan ikompli juri li l-kumpanija GEB Ltd mhux biss ħalliet it-toroq tagħna mingħajr fjuri li jżejnu l-pajjiżna, imma issa jidher li anke l-Buskett jinsab mitluq.

L-Oppożizzjoni jidher li ma tantx ser tikkritika lil GEB Ltd. Wieħed jistenna li l-Ministru tal-Ambjent, Miriam Dalli, tqum mir-raqda li tinsab fiha u tara li GEB Ltd jonoraw il-kuntratt fit-totalita’ tiegħu kif inhu l-obbligu tagħhom.

One thought on “Telqa li tinħass fil-Buskett

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *