Where your opinion counts

Mark Anthony Sammut juri li ma jafx il-manual tal-Parlament u jispiċċa jispara għal saqajh: Mark Anthony Sammut jwieġeb billi jikkwota l-liġi.

Minn osservatur politiku

Ministru u Segretarju Parlamentari taw risposta lil Mark Anthony Sammut u qatgħulu l-għatx bil-perżut. Dawn qalulu li huma joqgħodu fi djar mikrija u għalhekk ma ddikjaraw xejn bħala propjeta. Qalulu wkoll li mhumiex obbligati jiddikjaraw x’qalgħu meta kien għadhom barra mill-parlament.

Sammut prova jirredikola lil dawn iż-żewġ membri tal-Gvern billi sarkastikament staqsa jekk kienx hemm xi ministru li applika għall-akkomodazzjoni soċjali u kienx qiegħed fuq il-benefiċċji soċjali. Kien attakk żejjed minn Sammut li wera li ma tantx jaf x’jgħidu r-regolamenti parlamentari.

La s-segretarju parlamentari Chris Bonett u lanqas il-Ministru Jo Etienne Abela ma kellhom għalfejn iniżżlu x’qalgħu fis-sena 2021 meta dawn saru membri tal-parlament fl-2022. Fil-fatt jidher li Mark Anthony Sammut m’huwiex midħla tal-Manwal tal-Kabinett li minnu joħroġ il-Kodiċi tal-Etika.

Meta Sammut ra li dawn ma ddikjaraw xejn huwa staqsa jekk dawn it-tnejn jgħixux minn fuq għajnuna tal-Gvern. Jekk kien hemm xi ħadd li ħareġ ta’ ċuċ f’dan kollu kien l-istess Mark Anthony Sammut talli prova jilgħabha tal-bravu.

Iż-żewġ membri tal-Gvern qalu li hija għażla tagħhom li jgħixu f’dar mikrija u komplew jgħidu li ma humiex jiksru ebda liġi b’din l-għażla tagħhom. Dawn iż-żewġ membri tal-kabinett qalu li min irid jilgħabha tas-sarkastiku u jidħol fil-personali, ma tantx ser jagħtihom fastidju.

U fil-fatt huwa ċarissimu li r-riżultat ta’ dan kollu huwa li Mark Anthony Sammut għaġġel u prova jkun niggiżi meta fil-fatt kien żbaljat għal kollox. Għandu raġun Chris Bonett jikteb “Kif jistgħu dawn jitkellmu fuq il-bżonnijiet tal-poplu tagħna jekk fl-istess nifs jirredikolaw lil min verament huwa homeless u min verament għandu bżonn I-għajnuna soċjali?

PS. Sadanittant, Mark Anthony Sammut bagħat din it-tweġiba għal dan l-artiklu mingħand l-Osservatur politiku.

“Kemm niġbidlek l-attenzjoni li l-“osservatur” mhuwiex midħla tal-Att tal-Istandards. Il-Kodiċi ta’ Etika għall-Ministri u s-Segretarji Parlamentari, li hu parti mill-Att dwar l-Istandards fil-Ħajja Pubblika (Kap. 570 tal-Liġijiet ta’ Malta), jipprovdi li “Hekk kif Ministru jingħata l-kariga, għandu minnufih jagħti rendikont tal-assi u l-interessi tiegħu lis-Segretarju tal-Kabinett fuq il-formola relattiva.” Il-“formula relattiva” titolbok tiddikjara l-qliegħ tas-sena ta’ qabel. Imkien ma hemm eżenzjoni biex jekk ma kontx fil-Parlament fis-sena ta’ qabel tista’ tħallieha barra jew ma tiddikjara xejn. Din hi skuża li vvintaw huma f’manwal li kitbu għalihom infushom, u li żgur li mhuwiex ‘il fuq mil-liġi.

2 thoughts on “Mark Anthony Sammut juri li ma jafx il-manual tal-Parlament u jispiċċa jispara għal saqajh: Mark Anthony Sammut jwieġeb billi jikkwota l-liġi.

  1. Jien na nistax nifhem kif il Partit Nazzjonalista jaccetta nies inkapaci bhal Mark Anthony Sammut. Mhux ta b’xejn li l Partit qieghed f’hiex qieghed.Ahna alternattivi iridu u mhux kummenti vojta !!

Leave a Reply to Simon Bugeja Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *