Issa anki l-EU qed tagħmel kuntratti mal-gvern korrott tal-Azerbaijan! X’ser jagħmlu Metsola u ta’ Repubblika?

Qed inġib aħbar li dehret fuq il-Media Internazzjonali. Din l-aħbar dehret fuq l-EU Observer fejn fiha jingħad ċar li l-Ewropa qegħda f’taħdiet mal-“korrott” gvern tal-Azerbaijan biex tagħmel miegħu trattat ta’ xiri ta’ gaż. Infakkar li l-gvern tal-Azerbaijan mhu ser jagħmel xejn jekk ma jkollux l-approvazzjoni ta’ Putin!!

Ara dwar din l-aħbar ma nsibu xejn fil-media lokali. Ħadd ma hu qed jikkummenta li l-EU qedha f’taħdidiet mal-gvern korrott tal-Azerbaijan. X’ser tagħmel Roberta Metsola issa? Metsola hija l-President tal-Parlament Ewropew. Ser toħroġ tipprotesta kif għamlet kontra Malta meta l-gvern ta’ Muscat daħal f’taħdidiet mal-Azerbaijan fuq l-istess suġġett? Fejnhom Ta’ Repubblika? Ser jorganizzaw xi protesta kontra Metsola bħala l-president tal-Parlament Ewropew wara li l-istess Ewropa qedha issa f’taħdidiet mal-korrott gvern tal-Azerbaijan? X’ser jistaqsuha l-ġurnalisti Maltin lil Metsola jekk issa hix kuntenta b’dawn il-kuntatti?

L-EU Observer qaltilna li f’dan l-agreement, bejn l-Ewropa u l-Azerbaijan ma hemmx “no string attached“. Issa mingħandu moħħ biex jifhem ħa jifhem.

Imbagħad il-media f’Malta tgħidilna li l-pulizija trid tressaq lid-diretturi ta’ Pilatus Bank il-qorti imma għandhom problema għax ma jafux l-indirizz fejn joqgħodu. Infakkar li fost l-akkużi li hemm huwa li l-Pilatus Bank għandha flus tal-oligarki tal-Azerbaijan li llum l-Ewropa trid tagħmel deal magħhom ħa tixtri l-gaż mingħandhom. Naħseb li l-pulizija trid tieqaf tgħaddi lill-poplu Malti biż-żmien!!!

Fuq kollox irid jingħad ukoll li Ursula von der Leyen, li hija l-president tal-Kummissjoni Ewropea, ser tkun qed tivvjaġġa lejn l-Azerbaijan biex tkun tista’ tagħmel dan it-trattat dwar ix-xiri tal-gaż minn dan il-pajjiż. L-Ewropa qed tgħid li qed tagħmel dan biex ma tibqax tiddependi fuq il-gaż Russu meta kulħadd jaf li r-Russja tikkontrolla lil dan il-pajjiż. Reuters rrappurtat li l-Kommunita’ Ewropea ser tkun qed tipproponi dan id-deal biex l-Azerbaijan tesporta l-gaż tagħha lejn il-kontinent Ewropew.

One thought on “Issa anki l-EU qed tagħmel kuntratti mal-gvern korrott tal-Azerbaijan! X’ser jagħmlu Metsola u ta’ Repubblika?

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *