“X’inhi l-idea li flok nħeġġu t-tfal li jistinkaw biex iġibu r-riżultati, nippruvaw inċekknu lil min iġibhom”
Qed inġib kumment li għamlet Giselle Scicluna fuq l-edukazzjoni. Biex inkun preċiż, Scicluna kkritikat li dawk li qed jgħidu li mhux sew il-ġenituri jippubblikaw ir-riżultati tat-tfal tagħhom fuq Facebook peress li jista’ jkun hemm tfal li marru ħażin fl-eżamijiet. Dan hu l-kumment li Scicluna għamlet fuq il-Facebook page tagħha.
“Qed nara u nisma ħafna paroli fuq ir-riżultati tat-tfal. Bosta qed isostnu li dawn m’għandhomx ‘jixxerdu’ fuq midja socjali, li dawn ‘fanfarunati’ żejda etċ etċ. Allura x’nagħmlu? Jien ommi ħallietna. X’nagħmel meta jasal Mejju nippretendi li ħadd ma jawgura Happy Mother’s Day jew jifraħ b’ommu fuq Facebook għax tuġgħani qalbi x’kull waħda? Ħadd ma jtella’ post meta jkun imsiefer, għax mhux kulħadd jaffordja isiefer? Meta koppja tiżżewweġ allura ma ttellgħax ritratt, ma jmurx, barra minn hawn, xi ħadd ikun għadu kif ħassar? Dawn x’kummiedji huma? Allura l-għenba dejjem qarsa meta ma nilħquhiex? Madankollu, x’inhi l-idea li flok nħeġġu t-tfal li jistinkaw biex iġibu r-riżultati, nippruvaw inċekknu lil min iġibhom biex forsi nġibu t-tfal fuq l-istess livell? X’qed nieħdu billi ngħallmu t-tfal li ‘iġġib A jew iġġib D xorta bravu ta’ hi’? Xejn ħlief sens fażull ta’ sigurta’ li malli jaslu hemm barra jixxukjahom – għax hemm barra ħlief cutthroat competition m’hemmx Madonna tal-Ħniena kemm hawn min tuġgħu żaqqu f’dal-pajjiż
.”