L-expiry date ta’ Jason Azzopardi; Gaffe politiku kbir minn Bernard Grech

Blog post minn osservatur politiku

‘Kulħadd għandu expiry date fil-politika’ qalilna Bernard Grech waqt li kien qed jiġi intervistat minn Andrew Azzopardi. Dan qalu b’referenza għal Jason Azzopardi li ma ġabx voti biżżejjed biex ikun deputat. Bernard Grech qal hekk

Pero kulħadd irid jifhem li l-elettorat jiddeċiedi u kulħadd irid jifhem li kulħadd għandu bidu u għandu t-tmiem. Jien għandi expiry date fil-politika bħal kulħadd. Taf tasal ġimgħa oħra, taf tasal sena oħra, taf tasal ħames snin oħra’.

Imma Bernard Grech ma jammettix li l-expiry date tiegħu diġa’ għaddiet u diġa għadda xahar minn fuqha. Anki Jason Azzopardi issa qed jirrealizza li l-persuna li mbotta biex ikun kap hija persuna skaduta. Verament għandu viżjoni politika dan ir-raġel!

Għal darba oħra qed naraw lil Bernard Grech jirraġuna, tajjeb jew ħażin, fuq ħaddieħor imma mhux fuqu. Din hija l-politika li jħaddan Bernard Grech li dejjem, b’xi mod, jipponta subajh lejn ħaddieħor. Bernard Grech ma għandux expiry date għax kellu data oħra importanti, kellu imniżżel ħdejn ismu ‘best by 26.03.2022’. Hemm kienet il-ġurnata li x-xogħol li kien qed jagħmel Bernard Grech spiċċa mad-data tal-elezzjoni. Telfa bħal dik turik li żmienek ikun għadda u mhux postok iżjed fit-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista. U dak il-ġudizzju għamlu l-votant Malti u Għawdxi li wera bl-aktar mod ċar li l-politika ta’ Bernard Grech kienet skaduta u ġiet iddikjarat hekk.

Flok Bernard Grech ħa l-messaġġ tal-poplu, webbes rasu u reġa’ resaq għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista fejn ser itellaq waħdu. X’jistenna li jkun hemm xi ħadd li jipprova joħodlu postu? Lanqas indenja ruħu jirreżenja l-pożizzjoni li kien iżomm. Lanqas għamel l-aktar ħaġa onorabbli li jista’ jagħmel kap wara li qala’ tkaxkira bħal dik. Lanqas kien kapaċi jimita kapijiet ta’ qablu li warrbu wara li tilfu b’distakk inqas minn tiegħu.

Ma jidhirlux li kellu jkun umli biżżejjed biex iwarrab bħal ma għamlu ta’ qablu. Imma Bernard Grech mingħalih li jaf ħafna aktar minn ħaddieħor. Mingħalih li b’dak li qed jagħmel, ser ikun ta’ ġid għall-Partit Nazzjonalista.

Sfortunatament sa hawn twassal l-esperjenza politika li għandu Bernard Grech. Imbagħad jieħu għalih meta jgħidulu li qiegħed hemm għal gwadann finanzjarju. Biex persuna ma tirrejalizzax li hi tkun ġiet imċaħħda minn dak kollu li politikament ikun sar fl-aħħar sena u nofs, hija riflessjoni ta’ arroganza. U din l-arroganza ġiet riflessa fid-diskors tiegħu meta kellu jikkonċedi t-telfa u jagħmel l-aktar mossa onorabbli, dik li jirreżenja. Minflok sejjaħ għal mandat iktar b’saħħtu, li issa minħabba li werwer lil ta’ madwaru, ser ikun qed isir fi żmien qasir meta jivvutaw il-kunsilliera.

2 thoughts on “L-expiry date ta’ Jason Azzopardi; Gaffe politiku kbir minn Bernard Grech

  1. Min jaf lil Bernard Grech jaf li hu bniedem minfuh bih in-nifsu imma limitat hafna fejn tidhol intelligenza. Issa sab pozizzjoni; b’kumbinazzjoni grazzi ghall Blue Heroes u qed jara l’kulhadd dubbien inkluz l-istess nies li poggewh hemm. Hu bnidem bla rispett. In-nuqqas ta sigurta li ghandu fih in-nifsu jahbiha b’arroganza liema bhala. Dr Grech l- expiry date ta’ kull wiehed minnha hi f’idejn Alla l-missier. Mhux f’idejk. Ieqaf ilbes zarbun li ma jiggiekx. Sirt il-buffu tax-xena politika f’Malta. Tahtek il-PN izarma. Telqu nies li taw hajjithom ghall partit ghax ma jistghux jissaportu l-arroganza tieghek.

  2. Wara li ra kif ghamel biex ittellaq wahdu, ta l-anqas ghandu jkollu id dicenza li ghal anqas jitlob vot ta fiducja mil membri kollha tal partit u mhux min erba membri tal ezekutiv.
    Umbaghad jekk igib il maggoranza tal voti tal partit kollu ikompli izda jekk ma jgibx il maggoranza dan ghandu jwarrab u jhalli li ssir elezzjoni libera ghal kap gdid

Leave a Reply

Discover more from Rightwing Voices

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading