Messaġġ lill-Kunsilliera: ivvutaw le għal Bernard Grech u “taraw kemm hemm nies li lesti jagħtu kollox biex imexxu l-partit tagħna”
Minn eks-Kunsillier.
Jekk verament temmen li Bernard Grech għandu ċans inaqqas id-distakk drastikament fi żmien sentejn ivvutalu biex jibqa’. Jekk verament temmen li Bernard Grech jista’ jirbaħ l-elezzjoni tal-2027 ivvutalu biex jibqa’. Iżda jekk taħseb li m’hemmx ċans li nirbħu l-elezzjoni li jmiss ivvota LE. Ivvota biex il-partit jibda’ proċess biex ikollu tmexxija ġdida. Jekk qed taħseb li sena u nofs ma kienux biżżejjed biex Bernard Grech iressaq il-partit viċin il-Partit Laburista qed tiżbalja.
Ħafna mexxejja irnexxilhom idawwru telfa f’rebħa f’inqas żmien. Silvio Berlusconi sar Prim Ministru wara biss tliet xhur minn meta ifforma partit ġdid. Joseph Muscat rebaħ l-elezzjoni tal-parlament Ewropew b’ 32000 sena biss wara li l-Partit Laburista tilef l-elezzjoni tal-2008. Emmanuel Macron sar President ta’ Franza u rebaħ l-elezzjoni parlamentari sena biss wara li fforma l-Partit Republique En Marche. Gacinda Arden saret Prim Ministru ta’ New Zealand tliet xhur biss wara li saret il-Kap tal-Partit Laburista fi New Zealand.
Fl-elezzjoni tal-2022, il-PN tilef 12,000 vot. Kabbar Id-distakk mal-Partit Laburista għall-40,000. Tilef l-appoġġ b’10 fil-mija. Ġab l-inqas voti mill-1987 ‘l hawn u ġarrab l-agħar riżultat elettorali mill-1955.
Ġimgħa fil-politika hija ħafna, aħseb u ara 80 ġimgħa. Taħlix ħames snin oħra. Jekk taħsbu li ma hemm ħadd li jista’ imexxi l-partit sejrin żbaljati. Ivvutaw LE u taraw kemm hemm nies li lesti jagħtu kollox biex imexxu l-partit tagħna.

Tindahalx, lil Dr Grech irridu!
Hahahajjj tajbaaaa….kompli sejrin hekk….bombaaaaa
You seem to always look for a way for the sensational… Why don’t you stop your divisive ways. It looks like cheap journalism.