Karol Aquilina jiċħad li waqt laqgħa tal-esekuttiv gara l-baskett tiegħu: għada nippubblika x’rat persuna li kienet preżenti.

Qed inġib l-ittra li rċevejt mingħand Dr. Karol Aquilina. Fiha qed jiċħad li hu qatt gara l-baskett tiegħu f’waħda mis-seduti tal-esekuttiv. Jien qed inġib ċ-ċaħda preċiż kif irċevejtha u mhux ser nikkummenta dwarha. Dak li nista’ ngħid hu li għada ser inkun qed nippubblika aktar dwar din l-istorja kif ratha persuna li kienet preżenti.


Qiegħed niktiblek dwar blog miktub minnek u ppubblikat fuq is-sit tiegħek simonmercieca.com nhar is-Sibt 16 ta’ April 2022 bit-titlu “Meta Mark Anthony Sammut qabad u għolla siġġu biex igarah lejn Adrian Delia” liema blog huwa aċċessibbli fl-indirizz: https://simonmercieca.com/2022/04/16/meta-mark-anthony-sammut-qabad-u-gholla-siggu-biex-igarah-lejn-adrian-delia/
Fl-imsemmi blog inti tallega li “F’din l-istess laqgħa, Karol Aquilina kien qabad il-basket li kellu ta’ avukat u garah lejn Adrian Delia, li dan iż-żmien kien il-kap tal-Partit Nazzjonalista.”. Jiena niċħad bl-iktar mod kategoriku din l-allegazzjoni tiegħek fil-konfront tiegħi. Dak li għoġbok tikteb qatt ma seħħ fl-ebda laqgħa li jiena kont preżenti għaliha. 
Għaldaqstant nistenna li mingħajr dewmien tħassar l-imsemmija allegazzjoni tiegħek mill-imsemmi blog u fin-nuqqas li tagħmel hekk tippubblika fuq l-imsemmi sit din il-korrispondenza bħala dritt ta’ risposta skont l-artikolu 15 tal-Att dwar il-Midja u l-Malafama (Kap. 579 tal-Liġijiet ta’ Malta).
Inselli għalik,

Karol Aquilina

Leave a Reply

Discover more from Rightwing Voices

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading