Meta Mark Anthony Sammut qabad u għolla siġġu biex igarah lejn Adrian Delia
Illum Mark Anthony Sammut qed jirsisti biex Bernard Grech jibqa’ kap wara din id-disfatta kbira elettorali. Dak li ma jingħadx, li Mark Anthony Sammut kien iġib ruħu differenti meta Adrian Delia kien għadu kap tal-Partit Nazzjonalista. Il-laqgħat tal-Esekuttiv kienu jkunu sħan ħafna.
F’waħda minn dawn il-laqgħat tal-esekuttiv, li kienu maħsuba biex Adrian Delia jittajjar minn Kap, l-affarijiet minn dawk ta’ kontra Delia tant saħnu li f’mument minnhom, Mark Anthony Sammut qam bil-wieqfa u qabad is-siġġu li kellu taħtu u għollieh b’idejh it-tnejn fl-ajru biex jitfgħu lejn Adrian Delia, imma mbagħad rażżan lilu nnifsu. Nispera issa li ma jiġix Mario de Marco, li kien wieħed minn dawk, f’dik il-ħabta li jagħti n-nar minn taħt u jgħidli li din hija fake news.
F’din l-istess laqgħa, Karol Aquilina kien qabad il-basket li kellu ta’ avukat u garah lejn Adrian Delia, li dan iż-żmien kien il-kap tal-Partit Nazzjonalista.
Ara dawn l-istejjer ma kienux joħorġu fil-media hekk imsejħa indipendenti. Dawk l-istejjer li kienu jippubblikaw kienu biss dawk ta’ qlajjiet fuq Adrian Delia ntenzjonati biex ikissruh.
One thought on “Meta Mark Anthony Sammut qabad u għolla siġġu biex igarah lejn Adrian Delia”