Ilbieraħ, it-Tarxiniżi ċċelebraw il-festa tal-Lunzjata fl-Awstralja

Ilbieraħ, il-kommunita’ Tarxiniża ġewwa Melbourne l-Awstralja ċċelebrat il-festa tal-Lunzjata. Fl-Awstralja din tiġi ċċelebrata qabel ma tkun iċċelebrata f’Ħal Tarxien biex jingħata ċ-ċans lil dawk, fost din il-kommunita’, li jixtiequ jiġu Malta għall-festa.

Din il-festa ġiet iċċelebrata ġewwa Altona Meadows li hu post fis-subborg ta’ Melbourne.

Din il-festa ġewwa l-Awstralja ġie ċċelebrata b’ikla fejn fiha ma naqsitx il-banda, iddoqq marċi assoċjati mal-festa tal-Lunzjata u ma’ Malta. Anki fiha saret demostrazzjoni bl-anglu li hu sinonomu mal-marċ tal-Ġimgħa (jew tal-aħħar jum tat-tridu kif hawn min isejjaħlu) ġewwa Ħal Tarxien.

Fuq kollox, ma setax jonqos li jindaqq il-marċ ta’ Archibald Mizzi – The King.

Qed inġib żewġ videos tal-festa ħelwa li saret ġewwa dan ir-restaurant f’Altona Meadows fl-Awstralja u għal din il-festa, il-kommunita’ Maltija attendiet bi ħġarha.  

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *