Bernard Grech jimmanipula n-numru biex jgħid li taħtu telgħu 20 deputat ġdid; il-fatti huma ħafna l-bogħod milli kif qed jiddeskrivihom

Kif mistenni, Bernard Grech addotta n-narrattiva politika ta’ Mark Anthony Sammut u qiegħed jgħid li l-PN mexa ‘l quddiem taħtu għaliex kellu għoxrin deputat ġdida. Dan qalu l-bieraħ u ġie rrappurtat fil-mezzi tax-xandir tal-Partit Nazzjonalista. Dan hu dak li rrappurtat il-Nazzjon, il-bieraħ fl-ewwel paġna tagħha:

Imma din ir-retorika politika hija bħal dik ta’ Robert Abela li qal li għamel l-ikbar rebħa fl-istorja politika meta fil-fatt numerikament, il-Partit Laburista naqqas u mhux żied il-voti f’din l-elezzjoni. Issa anki Bernard Grech qed ifalli fin-numri u ħa naraw għaliex.

Mela skont Bernard Grech, il-PN għandu 20 deputat ġdid. At face value din hija minnha. Imma dan jista’ jitqies, kif qed ipenġiha Bernard Grech li din hija suċċess tiegħu u dan seħħ grazzi għalih? Jekk wieħed janaliżża għala għandu dawn id-deputati ġodda, jsib li tmienja minnhom telgħu għaliex kien hemm tmien deputati li rtiraw. Fl-elezzjoni li għaddiet, il-PN għamel koalizzjoni mal-PD. Dan wassal biex telgħet Marlene Farrugia u Godfrey Farrugia. F’din l-elezzjoni ma ħarġux u posthom ittieħed minn kandidati tal-Partit Nazzjonalista. Ġara wkoll li f’din l-elezzjoni ma ħarġux Herman Schiavone u Therese Comodini Cachia. Mela dawn huma żewġ postijiet oħra li riedu jiġu mimlija minn kandidati ġodda. Fuq kollox, f’din l-elezzjoni rtiraw Claudio Grech, Kristy Debono, Mario Galea u Clyde Puli. Dawn ukoll ħadulhom posthom kandidati ġodda. Issa jekk Bernard Grech irid iżomm man-narrativa li dawk ġodda telgħu bis-saħħa tiegħu, mela l-argument politiku huwa dak li huwa ħadem biex iwarrab lil dawn il-kandidati. B’hekk dawn kellhom raġun jirtiraw. Dan aktar għen biex itellef il-voti milli jagħmel ġid lill-PN.

Imbagħad f’din l-elezzjoni kellna l-famuż vot tan-nisa. Dawn wassal biex ġew eletti sitt nisa, ħamsa minnhom ġodda. B’hekk b’kollox, dawn jiġu tlettax. Mela mhux vera kien hemm għoxrin wiċċ ġdid. Fil-verita’ kien hemm seba’ wiċċ ġdid. Imbagħad fost dawn is-sebgħa kandidati li telgħu, l-anqas kollha ma huma ġodda għaliex kien hemm numru kbir minnhom li ħarġu fl-2017 bħal ma hu l-każ ta’ Mark Anthony Sammut u ma kienux kandidati ġodda f’din l-elezzjoni tal-2022. Allura din x’vittorja hi?

Dan hu l-mod ta’ kif Bernard Grech jimmanipola n-narrativa politika tiegħu.

One thought on “Bernard Grech jimmanipula n-numru biex jgħid li taħtu telgħu 20 deputat ġdid; il-fatti huma ħafna l-bogħod milli kif qed jiddeskrivihom

Leave a Reply

Discover more from Rightwing Voices

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading