Chris Said spiċċa milgħub u umiljat minn sieħbu Bernard Grech

Minn eks-membru tal-Esekuttiv

Bernard Grech umilja bil-kbir lil Chris Said meta ma tahx shadow ministry. Infakkar li Chris Said kien wieħed minn dak li ħadem biex iwaqqa’ lil Adrian Delia, anki jekk Delia qatt ma umilja lil Chris Said.

B’dak li seħħ issa Chris Said tilef ma’ Adrian Delia. Tilef u tkaxkar ma’ Alex Borg u issa tellfu kollox u umiljah Bernard Grech. Dak li tieħu meta toqgħod tmur fil-laqgħat tal-esekuttiv biex ixewwex kontra dak li rebaħlek. Għalkemm Chris Said ma kellux vot fl-esekuttiv kien jattendi meta kien ikun hemm xi vot biex jaqla’ l-inkwiet u jagħmel xi intervent twil kontra Adrian Delia.

Chris Said kien ipoġġi fuq in-naħa tal-lemin tal-kamra. Dik in-naħa kienet sinonima mal-Blue Heroes. Kienu joqgħodu isefsfu fil-widnejn biex jattakkaw lil Adrian Delia u lil dawk li jappoġġjawh.

Wara li kien joqgħod ixewwex kien jaħrab biex jaqbad il vapur. Ġieli kien joħroġ fin-nofs tal-kamra biex jarah kulħadd. Meta riedu imexxu vot ta’ sfiducja kien hu li kien jilgħab tal-kelliem tal-fazzjoni.

Issa wara li Bernard Grech użah biex sar kap ramih bħal ma rema lil Jason Azzopardi.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *