Wasal iż-żmien biex il-gvern Malti jerġa’ jesplora t-tfittix taż-żejt u l-gass
Minn qarrej ta’ dan il-blog.
Fl-imgħoddi riċenti, kemm gvernijiet Laburisti u Nazzjonalisti kienu jħabirku biex ifittxu għaż-żejt. Iż-żejt u l-gass qatt ma nstab. Ingħataw raġunijiet differenti. Waħda kienet li ma hemmx u l-oħra li hemm imma mhux f’ammonti kummerċjali. Wieħed jissuspetta li ma kienx hemm interess internazzjonali li jittella’ l-gass u żejt mill-baħar territorjali Malti.
Quddiem din il-kriżi internazzjonali, ma nafx kif l-gvern Malti mhux qed jaħtaf din l- apportunita’ biex jerġa’ bl-attentati tiegħu biex ifittex għaż-żejt u l-gass. Hija ħassra li fil-ministeri li ġew appuntati, ma hemm ħadd responsabbli minn dan is-settur. Jidher li t-tfittix taż-żejt ma għadux priorita’ tal-gvern.
Illum hu ż-żmien opportun biex il-gvern jilħaq ftehim ma’ kumpaniji taż-żejt biex jibdew jħaffru u jtellgħu l-gass kif ukoll żejt. L-Ewropa trid twaqqaf is-supply mir-Russia. Fil-Baħar tat-Tramuntana (North Sea) hemm manuvri kbar, kumpaniji jitolbu għan-nies biex jaħdmu fuq ir-rigs.
U aħna hawn għalfejn le? Għalfejn qed ngħixu fuq id-deheb l-iswed u mhux nitilużżawh!
