Where your opinion counts

Is-sondaġġ dwar Għawdex jikkonferma li Alex Borg hu kandidat promettenti ħafna għall-Partit Nazzjonalista

Il-gazzetta Illum tatna sondaġġ dwar Għawdex. Hija qalet li dan is-sondaġġ sar mill-unit tas-sondaġġi ta’ Media Today u sar fost l-Għawdxin. Apparti r-riżultati li ħarġu minn dan is-sondaġġ huma tajbin, wieħed ma jistax ma jistaqsix dwar min għamel dan is-sondaġġ f’Għawdex. Minn informazzjoni li ġbart ġejt infurmat li dan is-sondaġġ sar mill-inġinier Simon Mizzi. Minħabba f’hekk, jien ktibt lis-Sur Mizzi u staqsejtu dawn il-mistoqsijiet:

Nixtieq nistaqsik jekk hux minnu li int ġejt imqabbad mill-Malta Today biex tagħmel is-sondagg għall-Illum fuq Għawdex.

Nixtieq nistaqsik ukoll jekk hux minnu li inti ġejt imqabbad fil-passat biex tagħmel sondaggi għall-Partit Nazzjonalista?

Is-Sur Mizzi għoġbu jwieġibni kif ġej:

“Minn żmien għal żmien klijenti jitolbuni għall-parir xjentifiku u matematiku fl-analiżi ta’ sondaġġi, speċifkament bħala parti minn awditjar tar-riżultati wara li dawn jiġu ffinaliżżati da parti tagħhom. Mhux marbut fl-eżekuzzjoni tal-ebda sondaġġ. Is-servizz ta’ konsulenza noffrieħ lil kull min jitolbu – fid-diskrezzjoni u responsabilita’ professjonali tiegħi li ma niddiskutix il-klijenti tiegħi.

B’hekk Mizzi la kkonferma u l-anqas ċaħad li hu wara dan is-sondaġġ. L-anqas ikkonferma jew ċaħad li hu kien jagħmel xi tip ta’ xogħol lill-Partit Nazzjonalista.

Dak li jista’ jingħad li dan is-sondaġġ vera b’mod ġust kif inhi l-istampa politika ġewwa Għawdex. Ma jidhirx li dan is-sondaġġ kien maħsub biex jagħti xi palata lil xi ħadd partikolari. Dan is-sondaġġ vera li l-Ministru għal Għawdex, Clint Camilleri, qata’ waħda sew lill-sħabu d-deputati Għawdxin. Kif mistenni għall-Partit Nazzjonalista, Dr Chris Said jinsab fuq quddiem.

Imma għandha żewġ sorpriżi. Waħda fil-kamp Laburista u l-oħra fil-kamp Nazzjonalista. Fil-kamp Laburista, Clint Camilleri avvanza sew fuq l-oħrajn, inkluż fuq il-ministri Anton Refalo, li kien l-ex-Ministru ta’ Għawdex u li daħħal ħafna Għawdxin jaħdmu mal-Gvern u anki fuq il-ministru Justyne Caruana.

Biss hemm sorpriża oħra fil-kamp Nazzjonalista. Wara Chris Said ma ġie l-ebda deputat Nazzjonalista mid-distrett ta’ Għawdex. Infakkar li huma tlieta d-deputati Nazzjonalisti li ser ikunu fuq id-distrett ta’ Għawdex. Hemm Joe Ellis u Kevin Cutajar li tellgħu wara li ġie vakat siġġu f’Għawdex. Imbagħad hemm Claudette Buttigieg li ħierġa fuq Għawdex ukoll. Biss dawn ma kienux fost dawk preferuti min-nies.

Minflok, is-sondaġġ vera li n-nies qed ifittxu li jagħtu s-support lill-kandidat ġdid Alex Borg. Dan jinsab fit-tieni post wara Chris Said. Li Chris Said ikun fl-ewwel post wieħed jifhimha u jistennieha. Hu politiku stabbilit. Imma li politiku li għadu jibda jkun fit-tieni post wara Chris Said u qabel deputati oħra Nazzjonalisti li qegħdin fil-parlament turi x’irid l-elettorat Malti u Għawdxi.

Dan is-sit kien tkellem fil-passat dwar Alex Borg u l-potenzjal ta’ dan il-kandidat ġdid Nazzjonalista li hu maħbub kemm minn Nazzjonalisti u anki Laburisti f’Għawdex. Dan is-sit kien anki kiteb dwar tattiċi li ntużaw fil-passat fil-Partit Nazzjonalista stess biex ikun oskurat Alex Borg billi ma jingħatax spazju jew coverage waqt konferenzi tal-aħbarijiet li kienu qed isiru f’Għawdex.

Nieħu pjaċir ninnota li dawn it-tattiċi jidhru li spiċċaw u l-bieraħ, Alex Borg kien mistieden waqt il-maraton ġbir ta’ fondi tal-Partit Nazzjonalista. Mhux biss kien mistieden, imma dan il-kandidat irnexxilu anki jiġbor fuq 4000 t’elf euro għall-Partit Nazzjonalista. Din hija somma sabiħa meta tqis li dan mhux kandidat stabbilit.

Dan hu l-ispirtu li għandu jħaddan il-Partit Nazzjonalista jekk irid jibqa’ relevanti u javvanza mal-elettorat. Irid jagħti spazju lil persuni bħal Alex Borg. Dan is-sondaġġ jikkonferma l-popolarita’ ta’ dan il-kandidat ġdid mal-votant Għawdxi.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *