Where your opinion counts

Meta Dee Crespo u Repubblika ser imorru jipprotestaw quddiem il-Kurja?

Ittra li rċevejt mingħand resident minn Nadur Għawdex.

Għażiż Dr. Mercieca.

Kemm hi ħaġa sabiħa li meta tkun qed tmexxi istituzzjoni jew komunita’ żżomm id-dixxiplina. Dan ma jfissirx li tkun xi monstru dixxiplinat, imma turi li kull dover irid isir u kull obbligu jrid jintgħamel. Meta min imexxi jkun dixxiplinat miegħu nnifsu u juża d-dixxiplina ma ħaddieħor, ikun hu stess qed jagħti l-eżempju u ma jkollux għalxix jinkwieta meta jiddixxiplina lil xi ħadd min-nies ta’ taħtu. Kull tmexxija għandha tkun eżemplari u ma għandiex tagħmel preferenzi. Dan qed ngħidu għall-istituzzjonijiet anke tal-Knisja, u b’mod partikolari knisja f’Malta mmexxija mill-Arċisqof Charles Scicluna.

Kulħadd irid jaqdi d-doveri tiegħu u ħadd ma jista’ jkun ta’ eżempju ħażin għall-oħrajn. Jiddispjaċini ngħid li jiena vittma ta’ din id-dixxiplina ħażina tal-Knisja Maltija. U b’li qed tagħmel il-knisja f’Malta qed tkompli titfa’ l-melħ fuq il-ferita’ li l-istess knisja kkreat lili u lill-familja tiegħi.

Inti ġieli rrimarkajt li persuna li hija marbuta mat-tribunal tal-Knisja qed jidher b’mod regolari fi protesti kontra l-gvern fil-ħin li normalment assoċjat max-xogħol. Wieħed jista’ jkollu l-leave jew l-istituzzjoni tippermetti dan. Biss mhux dan hu l-iskop ta’ din l-ittra.

Meta din il-persuna jkollha kariga għolja fit-tribunal tal-knisja u tidher fi protesti pubbliċi tkun qed tagħti eżempju tajjeb jew ħażin? Dan qed nitkellmu fuq istituzzjoni tal-Knisja u ma niddejjaqx ngħid li fl-opinjoni tiegħi qed tibgħat messaġġ ħażin.

L-arċisqof għandu jara li dawn il-messaġġi kontrastanti jieqfu u ma jsirux iżjed. Kif għidt qabel jien vittma ta’ dawn il-messaġġi kontrastanti tal-Knisja Maltija. Il-Knisja trid tieqaf tibgħat sinjali ħżiena lis-soċjeta’. Mhux ser nidħol fil-mertu tal-protesti. Biss persuna qrib ħafna tal-Arċisqof Scicluna, li għandha pożizzjoni għola qed titkellem fil-pubbliku fuq protesti ta’ livell politiku. Din il-persuna marret takkompanja lill-President ta’ l-għaqda Repubblika, meta dan mar jippreżenta ittra lill-President tal-Partit Laburista fejn talab it-tkeċċija ta’ Joseph Muscat mill-Partit Laburista. Hawn qed nirreferi għal Alessandra Dee Crespo. Din Dee Crespo terġa’ tmur ma’ Robert Aquilina biex tippreżenta din l-ittra fil-kwartieri tal-Partit Laburista fil-Ħamrun.

Biss Dee Crespo taf li l-partner tal-Maġistrat Rachel Montebello, l-avukat Patrick Valentino, spiċċa mqabbad mill-arċisqof Scicluna biex ikun l-abbati ta’ propjeta’ li l-knisja Maltija kellha f’Għawdex, eżattament fin-Nadur? Ara meta aħna r-residenti tan-Nadur, tlabna biex wieħed minnha jkun magħżul bħala l-abbati, il-knisja qaltilna le. Forsi ma għoġobnihiex lill-knisja għax aħna missieri u ommijiet tal-familja miżżewġin bis-sagrament taż-żwieġ u b’hekk ma stajniex nikkwalifikaw għall-knisja Maltija! Il-Knisja Maltija ma riditx li tagħżel lil ħadd minnhom bħala amministratur ta’ din il-propjeta’.

Illum aħna vittma u ħadd ma jipprotesta għalina. Ma taħsibx Dee Crespo, bħala l-President midluk ta’ Repubblika, u fuq kollox il-kanċillier fit-tribunal tal-qorti tal-knisja li tirregola ż-żwieġ li saret inġustizzja magħna? Għalhekk Repubblika għandha tipprotesta favur tagħna. Żgur li l-mod kif imxiet il-kurja magħna ma kienx l-aktar mod idoneo ta’ kif il-knisja tamministra l-artijiet tagħha. Fuq kollox, jekk forsi aħna ridna inħallsu xi ħaġa biex wieħed minnha jkun jista’ jintgħażel bħala l-abbati biex jieħu ħsieb din il-propjeta’ konna lesta li nagħmlu ġabra bejnietna u nħallsuha lill-Knisja f’Malta.

Imbagħad il-qassisin u l-patrijiet qed igorru għaliex in-nies qed tonqos milli tmur il-knisja! Din mhix knisja ta’ Alla. Din hija knisja tan-negozju. Meta membri ta’ istituzzjoni importanti, bħal ma hija l-knisja, jibdew jibgħatu dawn il-messaġġi u jippermettu nies għolja tagħhom li jagħmlu li jridu bil-fors li nies bħali, li dejjem konna wara l-knisja nibdew ntilfu l-fidi. Ilum għajnejn il-Maltin u l-Għawdxin huma miftuħin aktar milli qatt kienu qabel. B’hekk jekk Dee Crespo u Repubblika jridu jkunu kredibbli, organizzaw protesta quddiem il-kurja tal-Arċisqof minħabba l-mod kif, aħna, residenti fin-Nadur, ġejja ttrattati f’din il-kwistjoni kollha. Ma tħoss Alessandra Dee Crscpo li din hija qarnita’ oħra li wieħed għandu jipprotesta kontra tagħha?

Ir-ragħaj spiritwali tagħna f’Għawdex qed jagħmel ħafna. Biss nibża li x-xogħol tiegħu ser jiġrilu bħal dak ir-raġel li qed jibni id-dar tiegħu r-ramel, għaliex finalment is-sisien qegħdin f’Malta. U dawk li llum qegħdin jipprotestaw qed ikunu selettivi fuq liema qarnita’ jitkellmu. Mhux verament jinteressahom joqtlu ras il-qarnita li jien u l-familja tiegħi konna vittma tagħha, anzi din lesta u qed takkomodhom tajjeb ħafna.

Tislijiet

NN

One thought on “Meta Dee Crespo u Repubblika ser imorru jipprotestaw quddiem il-Kurja?

  1. Hawnhekk qieghdin taraw fejn qieghdin immorru l-flus li intkom tatu lil knisja, biex fost l-ohrajn tgawdi minnhom din l-istess Alessandra Dee Crespo, li din issa qieghda tajjar lil laburisti gahan. Veru ikun gahan dak li bi flus stess jigi Maker, ghalhekk tatux flus lil knisja, hemm moghdi ohra kif bniedem jaghmel gest twajjeb f’hajtu. Tpaxxux nies bhal din Alessandra Dee Crespo, Fr. Muscat, Fr. Borg u tan-Newsbook kollha biex bi fluskom stess jaghmlulkom il-hsara, ghax hemmhekk tkun veru gahan!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *