Importanti li l-PN idaħħal l-accounts tiegħu jekk irid ikun kredibbli mal-elettorat
Minn osservatur politiku
Kemm-il darba ktibna fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tal-Partit Nazzjonalista. Kemm-il darba ġbidna l-attenzjoni li l-accounts ta’ dawn l-aħħar tlett snin għadhom ma ġewx ippreżentati. Tgħid kemm ser idum l-awditur biex iwettaq xogħolu.
Il-Partit Nazzjonalista qed juri d-dilettantiżmu tiegħu meta jkompli jsostni fuq dawn in-nuqqasijiet. Kulħadd kelma waħda li jekk mhux kapaċi jmexxi l-finanzi tiegħu bħala partit kif jista’ jkun li jiġi fdat bil-finanzi ta’ pajjiż kollu. Dan huwa messaġġ li qed jasal għand l-elettorat li bħala partit politiku ma għandux l-abilta’ li jimxi mal-liġi u jippreżenta l-accounts meta u kif mistenni kemm mis-sostenituri tiegħu kif ukoll biex ikun qed jimxi mal-obbligi legali nazzjonali tiegħu.
Inutli li l-għola rappreżentanti tal-Partit Nazzjonalista jkomplu jippruvaw jgħaddi ż-żmien bin-nies meta jgħidu li dawn l-accounts qiegħdin għand l-awditur biex jeżaminhom. Ħadd ma għadu jemmen dawn l-iskużi banali li qed iressqu quddiem il-poplu. Hemm ħafna iktar raġunijiet serji li mhux qed iħallu lill-Partit Nazzjonalista jgħaddi dawn l-accounts lill-Kummissjoni Elettorali.
Biss l-elettorat mhux ser jinsa. L-elettorat ser ikollu dubji serji meta jiġi biex jitfa’ l-vot tiegħu fl-elezzjoni ġenerali li jmiss. Ser jiftakar bil-paroli fil-vojt li qed jingħad minn l-għola rappreżentanti tal-Partit Nazzjonalista. L-elettorat ser ikollu jikkonkludi li dan il-Partit ma jistax jiġi fdat bit-tmexxija tal-pajjiż.
Ser ikun kollu tort tal-istess Partit jekk tintilef l-elezzjoni ġenerali li jmiss. Ser ikun kollu tort tan-nuqqas ta’ ħeġġa biex jagħmlu dak li hu mistenni minnhom mingħajr ħafna skużi banali. Ser ikun kollu tort tal-amministraturi tal-istess Partit li mhumiex kapaċi jippreżentaw dak li hu l-obbligu tagħhom biex jagħmlu bil-liġi. Ir-riperkussjonijiet ta’ dawn il-fatti huma kbar, imma mid-dehra hemm wisq problemi bir-rapportaġġ ta’ dawn l-accounts li l-amminstraturi qed jitfixklu f’saqajhom meta jiġu biex jirrispondu fuq dan is-suġġett.

MIN OSSERVATUR POLITIKU – ”Kemm il-darba ‘KTIBNA’ fuq is-sitwazzjoni”. – ”Kemm il-darba ‘GBIDNA’ l-attenzzjoni”. Mela issa emm il-provi li int mintiex tikteb fismek, imma int party wahda min izjied min bniedem weihed. INT MIN LIMA PARTI TGHMEL? INT MIN VERU HU? INTHOM (AHNA) MINT INTHOM?.
Liema awditur lest li jiċċertifika l-accounts tal-PN??? Hemm xi ħadd li lest jidħol għaliha??? Għandi d-dubji serji tiegħi. Sadanittant, min kien responsabbli għal dan l-istat ta’ falliment finanzjarju probabbli qiegħed x’imkien għal kwiet!!! Pero’ l-PN mhux din il-problema biss għandu. Il-PN huwa partit mifni bi problemi kbar ta’ idejoloġija, struttura, kredibilita u sustanza. Il-qrubija tiegħu ma’ gruppi estremisti bħal Repubblika u Occupy Justice ser tkompli tnaqqsu ċ-ċans li xi darba jibda’ jitqies bħal Gvern alternattiv!! Issa anke l-Kap jinsab f’sitwazzjoni ddisprata u din qed tkun evidenti ħafna kemm bil-mod kif qed iġib ruħu fil-parlament u anke barra. Tefa’ l-Partit b’ruħu u ġismu wara l-inkjesta Vitals u aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed jidher b’mod ċar li ser taqa’ biċċa, biċċa!! Inkjesta li sinċerament kien hemm min ħaseb li ser tagħti d-daqqa tal-mewt lill-Partit Laburista. U bħal boomerang din ser tkun id-daqqa tal-mewt għall-PN.
Ma tistax tafdhom. Hames t’elef ewro ZIEDA fil gimgha ghalihom BISS. Dawn huma n nies li jridu jhamgu lil haddiehor bil korruzzjoni. Ma ninsewx meta rebhu l gvern bl ghajta ta xoghol, gustizzja u liberta. Imma x’irrizulta wara? Xoghol ghan nies taghhom, Liberta ghal tad dawra taghhom u gustizzja ghal min mhux maghhom. Dan partit(pn) li ma tistax torbot fuq dak li jghid ghax lanqas bejnitom ma tezisti l onesta ahseb u ara ghal min ma jahsibiex bhalhom. U fuq il finanzi tal partiti x’inhi tistenna il kummisjoni eletorali jew min hu kkoncernat biex tiehu l passi neccesarji. U ukoll ghaliex il kumpanija ARMS ghada tissuplixxi l eletriku lil min naqas li jhallas il kontijiet tad dawl u l ilma ghal bosta snin. Safejn jaf kullhadd jekk ma thallasx il kont jissospendulek il provista u thallas l interessi sakemm tirregola l kontijiet, imma tal pn jistaw? Ministu tal energija ‘take note please’, ghax il poplu jhallas kollox.