Porn fil-Ħabs

“Illum wasalna f’punt fejn ma nistgħux nibqgħu siekta,” qalli uffiċjal veteran fil-ħabs.

L-ammont ta’ telefonati li rċevejt mingħand uffiċjali korrettivi mill-bieraħ sal-lum mhuwiex normali, u huwa sinjal ċar ta’ rabja u frustrazzjoni li qed tgħolli rasha fost dawk li qed jagħmlu xogħolhom b’dedikazzjoni.

Qalluli: “Qbadna żewġ individwi bil-porn DVDs. Segwejna l-proċeduri kollha kif suppost, u ttieħdu Division 6, kif dejjem isir. Għamilna xogħolna, bla kompromessi.

Imma lanqas għaddiet siegħa… u dawn tneħħew minn din id-diviżjoni.”

U mbagħad nisimgħu kliem bħal: “Qed tara kemm jien b’saħħti, u tibżgħu mill-media.”

Din mhix biss sfida. Din hija daqqa ta’ ħarta lejn kull uffiċjal li qed jipprova jżomm ordni u dixxiplina.

Meta priġunier iħossu komdu biżżejjed biex jgħid hekk, ifisser ħaġa waħda: li l-awtorità tagħna qed tiġi mminata minn ġewwa.

Fl-aħħar ġimgħa saħansitra rajna rapporti fejn intqal li talab li jmur lura fiċ-ċella biex jara Netflix; hekk ġie allegat fil-qorti u hekk ġie rrapportat fil-gazzetti. Dan hu l-livell li wasalna fih.

Taqbel jew le mhuwiex il-punt fuq il-porn fil-ħabs. Tant hu hekk li Kurunell Dalli, biex iżomm id-dinjità, kien neħħa l-extended visits, biex jiżgura li l-uffiċjali ma joqogħdux jisimgħu ħsejjes u affarijiet oħra waqt l-atti sesswali tal-priġunieri.

“Il-punt huwa li aħna qed nitħallew dgħajfa quddiem l-inmates, u dan ilu jiġi rrapportat fuq diversi media”, kompla jgħidli wieħed mill-gwardjani, “U dan mhux aċċettabbli”.

“Jekk irridu sistema li taħdem, irridu li min jagħmel xogħlu jingħata l-appoġġ. Inkella, se nibqgħu naraw l-istess xenarju jirrepeti ruħu — fejn ir-regoli japplikaw għal xi wħud biss, u fejn l-awtorità tispiċċa biss kelma vojta, filwaqt li l-uffiċjal jibqa’ mkasbar.”

“U żejjed kollu żejjed” temm dan il-gwardjan jgħid lil dan is-sit.

Leave a Reply

Discover more from Rightwing Voices

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading