Where your opinion counts

Il-Prim Ministru għandu jieħu r-risponsabbilita’ tiegħu fil-każ ta’ Rosianne Cutajar u ma għandux jibqa’ jgħatti xturu.

Minn osservatur politiku

Rosianne Cutajar qed toħloq ħafna problemi lil Robert Abela b’tali mod li kellu jsib f’min iwaħħal biex jevita aktar inkwiet fuq il-Gvern tiegħu. Issa waħħal f’Konrad Mizzi għal din it-taħwida li daħlet fiha, mingħajr mistħija ta’ xejn, Rosianne Cutajar.

L-Awditur Ġenerali sab li x-xogħol li kellha Cutajar mal-ITS kien frawdolenti, irregulari u jmur kontra kull politika u proċeduri governattivi. L-Awditur Ġenerali kompla jitfa’ d-dubbji tiegħu dak li qalu kemm Pierre Fenech, is-CEO tal-ITS, kif ukoll Kevin Borg li kien il-kap tas-segretarjat ta’ Konrad Mizzi dak iż-żmien.

Il-Prim Ministru kellu b’xi mod jew ieħor jiddefendi lill-impjegati magħżulin mill-Gvern ta’ Abela biex imexxu l-ITS. Il-Prim Ministru qal li ż-żewġ persuni msemmijin aġixxew wara li kienu ordnati minn ta’ fuqhom, b’mod ċar jindika li kellhom ordnijiet minn Konrad Mizzi. Imma l-Prim Ministru prova jiżloq mis-sitwazzjoni mbarazzanti li qiegħed fiha billi qal li hu kien ħa d-deċiżjoni fuq Mizzi snin ilu. Allura qisu qed jgħid li ma għandux jaġixxi kontra xi ħadd ieħor meta hu kien keċċa lil Konrad Mizzi.

Il-Prim Ministru qed jipprova jgħatti xturu billi jgħid li d-deċiżjonijiet diffiċli ħadhom snin ilu biex jippreserva l-interessi tal-Gvern u tal-Partit Laburista. Qed jipprova jikkonvinċi lis-semmiegħa tiegħu biex jagħtuh ġieħ għal dak li għamel snin ilu meta keċċa lil Mizzi mill-grupp parlamentari. Issa Abela qed jgħid li wieħed għandu jirringrazzjah għal dak li għamel dak in-nhar.

Issa l-Prim Ministru qed jgħid li kull membru tal-Parlament li għadu jaħdem għandu jmur għax-xogħol skont il-kuntratt li huwa jkollu. Mistoqsi jekk jikkundannax lil Rosianne Cutajar li ħadet flus pubbliċi u ma wettqitx xogħolha huwa qal li jikkundanna lil kull membru tal-parlament li ma jonorax il-kundizzjonijiet tax-xogħol li hu jkun iffirma għalihom.

Imma issa ħarġet ċara li la ma nistax ninqeda jien ma nħallux lil ħaddieħor jinqeda hu. Hekk qed tirraġuna Rosianne Cutajar għax il-bieraħ tellgħet post fejn ġibdet l-attenzjoni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista li David Agius attenda coffee morning ta’ Adrian Delia meta suppost kellu jkun għax-xogħol. Sar qares l-għeneb għal Rosianne Cutajar.

3 thoughts on “Il-Prim Ministru għandu jieħu r-risponsabbilita’ tiegħu fil-każ ta’ Rosianne Cutajar u ma għandux jibqa’ jgħatti xturu.

  1. Dawn Il korrespondenti huma gustusi wisq … jibqaghu jinsisti fuq Il Labour li jiehdu passi… izda meta issemmi politici Nazzjonalisti li naqsu ….. dlam u bahh . allura dawn huma kollha provokazzjonijiet ….. haga wahda hi certa li Il Labour immatura u immatura sew u Dr Muscat pingiha….. Il qawwa ta boxer hi kemm jaf jaqla u jistenna il hin ezatt meta johrog politikament u jmidd l’establishment – PN

  2. “Dawn il-korrespondenti” – Bhall dan ta-awnek – ”Gustusi wisq?”. Tighadli xejn xi hlewwa? Jien ghallija dawn tajtx kemm umma dojoq bil consegwenza li tajtx kemm ibatu biex jghamlu xohlhom. hu bit-tqanzih tghahom qed inehu kull cans irqiq kemm hu irqiq li il-partit tghahom jerga xi darba jigverna kemm idum mobij bdawn in nies li darba gew itimbrati bhala IS-SAHTA TA MALTA.

  3. Sur Osservatur Politiku, għal li jista’ jkun, taf li Rosianne Cutajar m’għadhiex parti mill-grupp parlamentari Laburista? Sur Osservatur Politiku, kif diġa taf, hemm ir-rapport tal-awditur ġenerali u min għandu jieħu passi, jeħodhom! Il-Prim Ministru ma jistax jindaħal lill-Puliżija, lill-Qorti jew l-avukati ġenerali. Kieku jagħmel hekk inti tkun l-ewwel wieħed li tikkundannah!!!!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *