Iz-zija ta’ Jason Azzopardi teħodha kontra Dione Borg u Bernard Grech talli ċċensurawlha lin-neputi

Wara l-battibek bejn il-partner ta’ Jason Azzopardi u Rachel Williams, kien imiss iz-zija ta’ Jason Azzopardi li tgħid tagħha. Dan il-battibek beda wara li l-ġurnalista tan-NET TV, Dione Borg għamel programm fuq NET TV dwar l-inkjesta Vitals. Din kienet inkjesta li bdiet mir-Repubblichini li l-avukat tagħhom hu Jason Azzopardi. Dione Borg stieden lil Robert Aquilina li suppost ma għadux il-president tar-Repubblichini imma ma stiedinx lil Jason Azzopardi. B’hekk talli ma ġiex mistieden, Carmen Baldacchino, li tiġi z-zija ta’ Jason Azzopardi, tat ċamata lil Dione Borg u anki lil Bernard Grech li qed ikunu akkużati li kienu wara din iċ-ċensura kontra Jason Azzopardi. Carmen Baldacchino allegat li din iċ-ċensura ġejja minn Bernard Grech tant li qalet li Dione Borg beża’ jistieden lil Jason Azzopardi ħalli ma jaqlax ċamata mingħand Bernard Grech.

2 thoughts on “Iz-zija ta’ Jason Azzopardi teħodha kontra Dione Borg u Bernard Grech talli ċċensurawlha lin-neputi

  1. Vera you have nothing to put in front of voters you supposed to be Profs. Maybe better you tell us what you doing with Normin Lowel.

  2. That’s an aunt that would make me proud. Fight them, Carmen. Fight them tooth and nail. The party headquarters in Pieta needs a cleanout with bleach and soap if we are ever to see a new beginning for our party.

Leave a Reply

Discover more from Rightwing Voices

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading