Where your opinion counts

Tajjeb li l-Oppożizzjoni tibda tistaqsi jekk hux veru li dan il-gvern qed jagħti numru ta’ konsulenzi lil nies li l-unika kwalifika tagħhom hija li huma kanvassers ta’ xi Ministri.

Bħalissa għaddejja l-kontroversja, li qed tmexxi l-media kontra Rosianne Cutajar fuq konsulenza li ngħatat mill-Istitut tat-Turiżmu. Il-partit Nazzjonalista, għaliex hu mmexxi mir-repubblikini waqa’ fin-nassa. Illum Rosianne Cutajar hija sempliċi deputata indipendenti u naħseb dan l-attakk fuqha mhux li ser jagħmel ġid lill-PN. Anzi ser iġibilha s-solidarjeta’ tad-Diehard Labours.

Dak li ħareġ hu l-mod xejn tajjeb kif wieġeb il-Prim Ministru meta qal li fuq dan il-każ, wieħed għandu jipponta subajgħ lejn Konrad Mizzi.

Imma hawn fejn il-media qed tilgħab logħba kerha u l-Oppożizzjoni kull darba taqa’ fiha. Għaliex il-media ma tistaqsix dwar konsulenzi oħrajn f’ministeri oħra tal-gvern?

Jekk wieħed jaqra dak li nkiteb f’The Times, wieħed jieħu l-impressjoni li l-Prim Ministru ried lil Rosianne Cutajar titlaq mill-Partit u mill-grupp parlamentari minħabba din il-konsulenza. Tajjeb.

Imma għala l-media ma tistaqsix dwar numru ta’ Ministri ta’ Robert Abela li qed jagħtu konsulenzi? Wieħed jiddubita dwar l-expertise tagħhom u fuq kollox il-livell ta’ edukazzjoni li għandhom.

Dan is-sit kiteb li Duminku tan-Naxxar kien qed jaħdem favur il-kampanja ta’ Robert Abela meta mar jitkellem in-Naxxar. Sa hawn ma hemm xejn ħażin. Imma tista’ l-Oppożizzjoni jew il-media tistaqsi jekk dan il-canvasser ta’ Clayton Bartolo għandux xi konsulenza ukoll mill-Ministeru tat-Turiżmu li b’kumbinazzjoni huwa tal-istess Bartolo?

L-istess jista’ jinghand għal Guża Cassar, delegata tal-Labour għall-Għawdex. Jistgħu l-ġurnalisti jew membri Nazzjonalisti fil-Parlament jistaqsu jekk din tagħtix xi konsulenza lill-Ministru ta’ Għawdex Clint Camilleri u jekk iwa, kemm qed titħallas?

Jew il-media qed tistaqsi mistoqsijiet fuq Rosianne Cutajar għax taf li ma għandix x’titlef imma fuq ministri oħra ma tistaqsix għaliex inkella titlef il-pappa?

Jekk dan huwa l-każ, allura dan li qed naraw huwa l-anti-etika ġurnalista. Dan mhux biss mhuwiex etiku, imma jmur kontra l-etika nnifisha.

Fuq kollox jekk skont r-rapport tal-NAO Rosianne Cutajar, li għandha background ta’ edukazzjoni – għaliex anki kienet għalliema – ma kellhiex l-expertise, aħseb u ara nies li jitħallsu ta‘ konsulenti u l-anqas għandhom “O” level kemm għandhom expertise fil-qasam tagħhom. Imma dwar dawn in-nies, il-media tal-ġusti u tar-rule of law qatt ma tikteb xejn. Min jaf għaliex?

5 thoughts on “Tajjeb li l-Oppożizzjoni tibda tistaqsi jekk hux veru li dan il-gvern qed jagħti numru ta’ konsulenzi lil nies li l-unika kwalifika tagħhom hija li huma kanvassers ta’ xi Ministri.

  1. FORSI AX BHAL CAMMILLERI HEMM XI DEPUTATI TAL PN JEW TA REPUBBLIKA LI HADU JEW QED JIEHDU XI GRANTS MINN GHAND IL GVERN

  2. Carry on Dr Abela …. Bhalissa isem Malta jinsab fuqnet ( minkejja it tmaqdir lill ghaziza Malta mir Repubblika, Casa u Metsola) u tghatix kas Il medja taparsi independenti

  3. Xejn ġdid!! Hekk kien jiġri, hekk qed jiġri u hekk ser ibqa’ jiġri!!! Għalhekk eluf ta’ nies tilfu l-fiduċja fiż-żewġ partiti. Aktar u aktar nies ser ikomplu jitbegħdu minnhom u jibqgħu d-dar għaliex ħlief stejjer ta’ bażużliżmu ma’ tismax. Ilagħaq u tasal u jekk timxi kif suppost tibqa’ l-art u tissogra li jwarrbuk!!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *