Għaliex lil min għażlu ma laħaqx l-aspettattivi tagħhom, ir-Repubblichini qed jgħidu li mhux parti mill-PN
Minn osservatur politiku
Skont dak li qal Robert Aquilina, l-eks-President tal-għaqda tar-Repubblichini, f’intervista li kellu mal-gazzetta Illum, ‘l-appoġġ elettorali għall-Partit Nazzjonalista jrid jaħdem għalih il-Partit Nazzjonalista’. Skont dak li ddikjara l-eks-president qatt ma kellhom l-iskop biex jgħinu lil xi partit jew ieħor biex iżid l-appoġġ elettorali tiegħu. Skont Aquilina dak mhux ir-rwol tagħhom.
Imma kulħadd jiftakar kemm kien hemm indħil minn din l-istess Għaqda biex jitwarrab Dr Adrian Delia. Ilkoll niftakru kemm faħħru lil Daphne Caruana Galizia talli qalet li ser tattakka lil Dr Delia fuq l-istess livell li attakkat lil Joseph Muscat. Ma hu ebda sigriet li din il-għaqda kienet kontra t-tmexxija ta’ Dr Delia u għinet kemm felħet lill-klikka tal-Blue Heroes biex jottjenu r-riżultat mixtieq, dak li jġagħlu lil Adrian Delia jirriżenja.
Dawk l-attakki min-naħa tar-Repubblichini baqgħu għaddejjin sa kemm il-Blue Heroes sabu l-mod kif iwarrbu lil Delia. Tara d-differenza li l-attakk ma baqax isir meta t-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista biddlet l-idejn. Kellhom aġenda ċara li riedu jwarrbu lill-kap ta’ dak iż-żmien biex jitpoġġa ieħor li kien ser jitkellem u jfaħħar kemm jiflaħ lill-għaqda tar-Repubblichini.

Dawn huma sitwazzjonijiet fejn dawk in-Nazzjonalisti ferventi ma jistgħux jinsew. Ħadd ma għandu d-dritt li jinsa minn xhiex għaddew lill-kap partikulari tal-Partit Nazzjonalista. Ma jistax ikun li jintnesa kemm intilef żmien f’attakki pwerili li servew biss biex inbidel il-wiċċ tat-tmexxija. Imma ġara li lil min għażlu ma laħaqx l-aspettattivi tagħhom. Imma l-attakk tar-Repubblichini fuq il-kap kurrenti sfumaw ħafna u ma kienux diretti fuq il-persuna.
Robert Aquilina jrid jammetti li l-għaqda tar-Repubblichini kienet u għadha b’saħħitha ma’ diversi pampaluni fil-Partit Nazzjonalista. Nafu min huma dawn il-pampaluni li ma kienux jitilfu okkażżjoni waħda biex juru wiċċhom fil-viċin tat-tmexxija ta’ din l-Għaqda. Illum l-attakki tar-Repubblichini jidhru li huma kollha fuq esponenti tal-Partit Laburista u wieħed irid jaċċetta l-fatt li r-Repubblichini qed jagħmlu ħafna ħsara lill-Partit fil-Gvern.
Imma Robert Aquilina jaf li dak li għamlu r-Repubblichini qed jaffettwa lill-Partit Nazzjonalista. Trid tkun iblah biex ma taċċettax il-fatt li dawk viċin tal-għaqda tar-Repubblichini jiffluwenzaw ħafna lil diversi persuni fit-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista. Għalhekk huwa daqsxejn frivolu meta Aquilina jgħid li jekk il-Partit Nazzjonalista jrid javvanza fl-akkwist tal-voti jrid jaħdem għalih l-istess Partit u mhux jistenna lil l-għaqda tar-Repubblichini biex taħdem għalih.


As we always said. Vote PN and get Repubblika.
Sur osservatur. Tazaq f’lilma il-hin kollu. Triq wahda baqlkhom inthom ta-pneeeeee zermahaw idisinfetaw hu ermaw mill gdid.
Mhux qegħdin hawn biex noffru spalla lill-PN skont Robert Aquilina. L-akbar daħka jew gidba tas-seklu. Ħallina!!! Issa għax jaf li ġej fjask ieħor bħal ma kienet Egrant ser ifarfar!! Din tal-inkjesta maġisterjali ser tkun it-tmiem tal-PN kif nafuh s’issa. Meta joħorġu l-fatti l-poplu ser jinduna li din hi biss terrinata oħra minn esponenti estremi li m’għandhom l-ebda kredibilita’! Nies li anke meta ħarġu għall-elezjoni ġenerali ma nġabrux. Diġa kienu skartati mill-poplu u minn hawn u ftit tal-ġranet oħra ser jiġu skartati mill-poplu bil-kbir!!!
Allura jekk kif qed jinghad li din hi terenata ohra il hdax il miljun ewro li ntefqu mil qorti ghal inkjesta min ser jirrifondijom? Dawk flus il poplu. B’liema dritt jigu mberbqa billi l esperti appuntati jigu hawn u jghixu ghal certu zmien fl aktar lukandi lussuzi tal pajjiz u jithalsu b’mod esegerat. Jista l qorti tipublika rendikont iddetaljat ta kif intefqu hdax il miljun ewro mil kaxxa ta Malta? Nemmen li il poplu ghandu dritt sagrosant li ikun jaf la m’hemmx xtahbi.
Always Tax payers money paid the Bill.
Propabbli nofshom mhvx ghad ir ripvbblicini marrv il flvs , mhvx hvma l’ispirti ta’ tirrinati , fil qorti himm hafna mimbri taghhom .